Motorsport
Dakar Rally: Nasser Al-Attiyah jirbaħ fil-karozzi u Toby Price fil-muturi

Il-Qatari Nasser Al-Attiyah rebaħ id-Dakar Rally għat-tielet darba fil-karriera tiegħu, meta rnexxielu jispiċċa 46 minuta vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika tal-karozzi, filwaqt li l-Awstraljan Toby Price rebaħ il-kategorija tal-muturi.

L-għaxar u l-aħħar stadju tal-edizzjoni ta’ din is-sena ntrebaħ mill-Ispanjol Carlos Sainz, bir-rotta tkun viċi versa tal-ewwel stadju, din id-darba minn Pisco sa Lima. Al-Attiyah kien rilassat għall-aħħar f’dan l-istadju, tant li spiċċa fit-12-il post, b’aktar minn 9 minuti ‘l bogħod minn Sainz. Biss, l-interess ta’ Nasser Al-Attiyah kien li jwassal il-karozza sat-tmiem u b’hekk il-kostrutturi Ġappuniżi tat-Toyota rebħu għall-ewwel darba d-Dakar Rally. L-Ispanjol l-ieħor, Nani Roma, spiċċa l-għaxar stadju fit-tielet post u allura rnexxielu jżomm it-tieni post fil-klassifika ġenerali, bil-Franċiż Sebastien Loeb itemm dan l-aħħar stadju fit-tieni post.

Din kienet l-ewwel rebħa għal Al-Attiyah mat-Toyota, għaliex iż-żewġ unuri ta’ qabel rebaħhom mal-Volkswagen fl-2011 u mal-Mini fl-2015.

Fil-kategorija tal-muturi, Toby Price kellu sfida ħafn’akbar minn t’Al-Attiyah fil-karozzi, u b’uġiegħ kbir fil-polz ta’ jdejh wara li weġġa’ f’din l-edizzjoni, irnexxielu jirbaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena. It-taqtiegħa tant kienet taħraq, li fil-fatt Price spiċċa rebaħ b’minuta waħda biss fuq iċ-Ċilen Pablo Quintanilla li fl-ewwel stadji ta’ din l-edizzjoni deher li seta’ jaħrab fuq quddiem. Dan kien it-tieni suċċess personali għall-Price fuq KTM.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Is-sewwieq tar-Renault, Nico Hulkenberg, kien l-aktar sewwieq veċoli fl-aħħar ġurnata ta’ testijiet fuq iċ-ċirkwit ta’ Katalunja fi Spanja, ftit tal-minuti qabel mal-karozza tiegħu waqfet għal kollox f’nofs it-track. Il-Ġermaniż għamel…

Sports Internazzjonali

In-tennista numru wieħed tad-dinja Naomi Osaka sfat mgħeluba mill-Franċiża Kristina Mladenovic fl-ewwel logħba tagħha fid-Dubai Duty Free Tennis Championships. Friska mir-rebħa fl-Open tal-Awstralja x-xahar li għadda, Osaka tilfet bil-punteġġ ta’…

Sports Internazzjonali

It-tennist numru wieħed Novak Djokovic u l-ġinnasta Amerikana Simone Biles kienu onorati bl-unur tal-isportivi tas-sena fis-serata tal-Laureus Awards. Għal Djokovic dan kien unur mistħoqq wara li sena ilu kellu jiġi…

Formula 1

“Meta tiġi iftħilha l-bieb,” jgħid il-qawl Malti u t-tim tal-Williams żgur li diġa’ qegħdin iħossu pressjoni kbira meta l-istaġun tal-Formula 1 fadallu inqas minn xahar sabiex jibda. Wara sena diżastruża…

Aktar