Motorsport
Dakar Rally: Nasser Al-Attiyah kważi ċert mill-kategorija tal-karozzi, filwaqt li kollox miftuħ beraħ fil-muturi

Nasser Al-Attiyah kważi huwa ċert 100% li ser jirbaħ l-edizzjoni tad-Dakar Rally ta’ din is-sena wara li fid-disa’ stadju, l-avversarju tiegħu Stéphane Peterhansel ra l-ħolma tiegħu ttir mar-riħ tad-deżert tal-Peru wara li kellu jirtira bi minħabba li l-co-driver tiegħu weġġa’ serjament. Dan wara li l-karozza li kienu fiha niżlet b’saħħitha ħafna minn fuq għolja bir-ramel, b’David Castera, li kien fil-karozza ma’ Peterhansel, jgħajjat bl-uġiegħ qawwi minħabba li weġġa’ dahru. Castera kien meħud l-isptar bil-ħelikopter.

Al-Attiyah rebaħ id-disa’ stadju quddiem l-Ispanjol Nani Roma, bit-tnejn li huma jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika. Sakemm Al-Attiyah itemm l-istadju tal-lum, allura hu jkun ir-rebbieħ tad-Dakar Rally, it-tielet waħda tal-karriera tiegħu, għaliex għandu vantaġġ komdu ħafna, ta’ aktar minn 51 minuta fuq Nani. Aktar minn hekk, għandu aktar minn sagħtejn vantaġġ fuq Sebastien Loeb li jinsab fit-tielet post.

Fil-kategorija tal-muturi, il-Franċiż Michael Metge rebaħ dan id-disa’ stadju, imma l-Awstraljan Toby Price baqa’ fuq quddiem fil-klassifika għalkemm spiċċa fil-ħames post fid-disa’ ġurnata. Fil-muturi t-taqtiegħa ser tibqa’ sal-aħħar, u l-istadju tal-lum ser ikun mill-aktar interessanti għaliex il-vantaġġ ta’ Price fuq Pablo Quintanilla u Matthias Walkner huwa verament żgħir u allura kollox għadu miftuħ beraħ f’din il-kategorija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Ir-Russu Daniil Medvedev irnexxielu jirbaħ il-Masters 1000 f’Cincinnati dan wara li fil-finali huwa għeleb lil David Goffin bil-punteġġ ta’ 7-6, 6-4. Medvedev salva żewġ break points hekk kif kien qed…

Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mmexxi mill-President Thomas Bach irreġistra tilwima mal-CONI l-Kumitat Olimpiku taljan hekk kif il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed jinsisti li l-CONI jindirizza flimkien mal-Gvern taljan is-sitt punti li qed…

Sports Internazzjonali

Aaron Zang, businessman Ċiniż, rebaħ it-tournament tal-poker li sar fl-Ingilterra li fih ħadu sehem 54 plejer. Kull parteċipant kellu jħallas €1.10 miljuni biex jieħu sehem u r-rebħa taċ-Ċiniż kienet pjuttost…

Aktar