Motorsport
Dakar Rally: Sebastien Loeb jirbaħ it-tieni stadju

Id-disa’ darbiet ċampjin tar-rally Sebastien Loeb rebaħ it-tieni stadju tad-Dakar Rally fid-deżert tal-Peru lbieraħ. Loeb ma kienx daqstant sodisfatt bl-ewwel stadju, għaliex wara l-ewwel ġurnata kien fit-13-il post tal-klassifika, imma wara li rebaħ it-tieni stadju huwa spara fil-ħames post.

Giniel De Villiers tal-Afrika t’Isfel daħal fit-tieni post, biex b’hekk it-tim tat-Toyota baqa’ fuq quddiem u dan is-sewwieq bħalissa jinsab fuq quddiem. Fuq distanza ta’ 342 kilometru minn Pisco sa San Juan de Marcona, ir-rebbieħ tad-Dakar Rally tal-2009 De Villiers, jinsab 28 sekonda quddiem sieħbu tal-istess tim Bernhard ten Brinke, filwaqt li l-Ispanjol Nani Roma jinsab it-tielet bi 42 sekonda ‘l bogħod minn tal-ewwel.

Sebastien Loeb irnexxielu jispiċċa d-distanza minuta u 56 sekonda quddiem Nani Roma, biex b’hekk rebaħ il-11-il stadju fil-karriera tiegħu f’din ir-rally, filwaqt li Al-Attiyah tal-Qatar li rebaħ l-ewwel stadju, kien diżappuntat li fl-aħħar tat-tieni ġurnata waqa’ fit-tmien post tal-klassifika.

Fil-muturi, l-Ispanjol Joan Barreda Bort spiċċa l-ewwel fuq il-Honda u għandu 91 sekonda vantaġġ fuq l-Awstrijak Matthias Walkner li jsuq KTM.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

It-tim popolari ta’ Mr. Whippy jinsab f’Santa Pod permezz taż-żewġ sewwieqa tiegħu, Matthew Carabott u Monty Bugeja. It-tim vjaġġa għall-Ingilterra immedjatament wara t-tieni rawnd tal-Enemed Drag Racing Championship li seħħ…

Motorsport

Id-dilettanti tal-motorsport, b’mod speċjali dawk kollha dilettanti tal-Hillclimb huma preparati biex fi tmiem il-Ġimgħa jaqsmu lejn Għawdex biex isegwu it-tielet round tal-kampjonat Enemed Hillclimb Championship li qiegħed jiġi organizzat mill-Island…

Motorsport

Intemmet l-avventura tas-sewwieqa Maltin Rosello Cassar u Paul Fenech f’Santa Pod. Din kienet esperjenza sabiħa għaż-żewġ sewwieqa għalkemm forsi aktar ta’ suċċess għal Rosello Cassar. Cassar spiċċa mal-ewwel 16-il karozza…

Formula 1

Tħabbret il-mewt tal-ex sewwieq tal-Formula 1 Niki Lauda. Huwa miet fl-età ta’ 70 sena, xhur wara li sarlu trapjant tal-pulmun f’Awwissu tas-sena l-oħra. L-aħbar ħarġet ftit tas-sigħat ilu mit-tim tal-McLaren,…

Aktar