Motorsport
Dakar Rally: Stéphane Peterhansel jirbaħ it-tielet stadju fid-deżert tal-Peru

Kien Stéphane Peterhansel li rebaħ it-tielet stadju tad-Dakar Rally matul il-ġurnata tal-Erbgħa. It-tielet stadju kien ukoll wieħed pożittiv għas-sewwieq mill-Qatar, Nasser Al-Attiyah, għaliex spiċċa fit-tieni post u reġa’ kiseb il-quċċata tal-klassifika tar-rally ta’ din is-sena.

Peterhansel fuq Mini, irnexxielu jispiċċa tliet minuti u 26 sekonda quddiem Al-Attiyah, imma s-sewwieq Qatari kiseb 7 minuti vantaġġ fuq kulħadd u allura jinsab f’pożizzjoni pjuttost komda f’dawn l-istadji inizjali tad-Dakar Rally.

Fil-muturi, Xavier de Soultrait irnexxielu jirbaħ it-tielet stadju biex b’hekk rebaħ stadju fl-ewwel parteċipazzjoni tiegħu fid-Dakar Rally, meta spiċċa 15-il sekonda qabel Pablo Quintanilla. Biss huwa ċ-Ċilen Quintanilla li jinsab fil-quċċata tal-klassifika, 11-il minuta u 23 sekonda fuq l-eqreb rivali tiegħu, Kevin Benavides, li fit-tielet stadju spiċċa fit-tielet post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-mara tal-ex champion tal-Formula 1 Michael Schumacher tkellmet dwar is-saħħa ta’ żewġha u f’kummenti li tat waqt intervista reġgħet xegħlet it-tama li s-sewwieq Ġermaniż jista’ jkun li qiegħed jirkupra tajjeb….

Sports Internazzjonali

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ħareġ jiċċelebra flimkien ma’ 2 miljun ruħ għar-rebħ tal-NBA mit-Toronto Raptors. Skont il-Prim Ministru Kanadiż, din ma kenitx biss rebħa ta’ tim, imma rebħa ta’…

Motorsport

Iċ-champion renjanti Marc Marquez rebaħ f’pajjiżu fil-Moto GP tal-Katalunja. Dan wara li fil-bidu tat-tellieqa, mat-tieni lap, diversi sewwieqa spiċċaw mal-art b’Jorge Lorenzo jkun wieħed minnhom. Il-Franċiż Fabio Quartararo spiċċa t-tieni,…

Motorsport

Motorsport: L-ex Champion tad-Dinja tal-Formula 1 għal darbtejn Fernando Alonso rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena 2019 ta’ Le Mans 24. Flimkien mas-sewwieqa l-oħra tat-team fuq Toyota Kazuki Nakajima u Sebastien…

Aktar