Motorsport
Dakar Rally: Stéphane Peterhansel u Sam Sunderland jirbħu s-seba’ stadju

Stéphane Peterhansel u Sam Sunderland kienu r-rebbieħa fil-kategoriji rispettivi tagħhom fis-seba’ stadju tad-Dakar Rally. Għal Peterhansel din kienet rebħa importanti ħafna għaliex b’hekk irnexxielu jerġa’ jitla’ fit-tieni post tal-klassifika ġenerali, u naqqas id-distakk minn Nasser Al-Attiyah għal 29 minuta, biex kollox għadu miftuħ beraħ għall-aħħar tliet stadji.

Peterhansel, li rebaħ id-Dakar Rally għal tlettax-il darba, irnexxielu jerġa’ jitla’ fit-tieni post tal-klassifika wara li l-kompatrijott tiegħu, Sebastien Loeb, kellu problema elettronika fil-Peugeot u spiċċa tilef nofs siegħa imprezzabbli li swietu anke żewġ pożizzjonijiet fil-klassifika. Dan għaliex Loeb mhux biss inqabeż minn Peterhansel imma anke minn Nani Roma li tela’ fit-tielet post.

Is-sewwieq tat-Toyota, il-Qatari Nasser Al-Attiyah spiċċa dan l-istadju fir-raba’ post, u kien 12-il minuta aktar tard minn Peterhansel, meta issa fadal 785 kilometru bejn illum u nhar il-Ħamis li ġej meta jintemm dan ir-rally. Is-seba’ stadju, li kien fuq distanza ta’ 323 kilometru madwar San Juan de Marcona kellu jittardja b’siegħa minħabba ċ-ċpar li kien hemm kmieni fil-ġurnata.

Fil-kategorija tal-muturi, l-Amerikan Ricky Brabec reġa’ tela’ fl-ewwel post tal-klassifika meta kellu stadju mill-aqwa u fetaħ xi ftit tal-vantaġġ fuq is-sewwieqa l-oħra. Stadju xejn tajjeb għaċ-Ċilen Quintinalla li spiċċa nqabeż ukoll mill-Franċiż Adrien Van Beveren li issa jinsab fit-tieni post fil-klassifika ġenerali. Kien il-Brittaniku Sam Sunderland li rebaħ dan is-seba’ stadju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Ir-Russu Daniil Medvedev irnexxielu jirbaħ il-Masters 1000 f’Cincinnati dan wara li fil-finali huwa għeleb lil David Goffin bil-punteġġ ta’ 7-6, 6-4. Medvedev salva żewġ break points hekk kif kien qed…

Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mmexxi mill-President Thomas Bach irreġistra tilwima mal-CONI l-Kumitat Olimpiku taljan hekk kif il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed jinsisti li l-CONI jindirizza flimkien mal-Gvern taljan is-sitt punti li qed…

Sports Internazzjonali

Aaron Zang, businessman Ċiniż, rebaħ it-tournament tal-poker li sar fl-Ingilterra li fih ħadu sehem 54 plejer. Kull parteċipant kellu jħallas €1.10 miljuni biex jieħu sehem u r-rebħa taċ-Ċiniż kienet pjuttost…

Aktar