International Sports
Dakar Rally: Terranova fuq quddiem

Is-sewwieq mill-Arġentina Orlando Terranova jinsab fuq quddiem wara t-tieni stadju fir-rally tad-Dakar li qed issir fl-Arabja Sawdija filwaqt li l-ex sewwieq tal-Formula 1 Fernando Alonso kellu inċident bit-toyota tiegħu meta baqa’ dieħel fi blata.

Alonso kien qiegħed fir-raba’ post wara 100 kilometru sakemm fit-triq minn Al Wajh sa Neom kellu dan l-inċident.

L-Ispanjol, flimkien mas-sewwieq Marc Coma, kienu fil-11-il post sa dak il-mument u sakemm reġgħu qabdu jsuqu laħqu għaddew sagħtejn u nofs.

Terranova, b’karozza Mini, spiċċa t-tieni f’dan l-istadju li ntrebaħ mis-sewwieq mill-Afrika t’Isfel Giniel De Villiers li daħal fl-ewwel post 4 minuti u 43 sekonda qabel l-Ispanjol Carlos Sainz fuq mini buggy.

Iċ-champion renjanti Nasser al-Attiyah tal-Qatar daħal fit-tielet post.

Fil-kategorija tal-muturi, Ross Branch tal-Botswana rebaħ dan l-istadju segwiet mill-Ingliż Sam Sunderland.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Hekk kif fadal biss sitt xhur għall-bidu tal-logħob Olimpiku f’Tokyo, il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe tkellem fil-parlament dwar dan l-avveniment tant mistenni mill-poplu tal-pajjiż u fakkar li l-aħħar darba li…

Ibburdjar

Il-Mapfre Middlesea Euromed Regatta, ospitata mill-Malta Young Sailors Club taħt l-aswpiċji tal-Malta Sailing Federation ġiet fi tmiema l-Ħadd wara nofshinar meta saru l-aħħar tlielaq tal-Kampjonat ġewwa il-bajja tal-Mellieħa.  L-Uffiċjal tat-Tellieqa…

International Sports

L-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping, WADA, ipprojbiet lir-Russja milli tieħu sehem f’kull avveniment sportiv dinji għal erba’ snin li gejjin. Dan ifisser li r-Russja mhix se tieħu sehem fl-Olimpijadi tal-2020 f’Tokyo…

Aktar