Motorsport
Dakar Rally – Yazeed al-Rahji jirbaħ l-10 stadju, Jose Ignacio Cornejo jirtira

Yazeed al-Rajhi tal-Arabja Sawdija rebaħ l-għaxar stadju tad-Dakar Rally biex b’hekk tela’ fil-15-il post tal-klassifika. Nasser al-Attiyah kellu ġurnata pożittiva tant li rnexxielu jnaqqas id-distakk ta’ Stephane Peterhansel fil-quċċata tal-klassifika.

Fil-kategorija tal-muturi, Jose Ignacio Cornejo li kien fl-ewwel post tal-klassifika tal-kategorija kellu jirtira wara li fl-istadju tal-bieraħ ikkraxxja bil-mutur meta kien saq 252 kilometru fuq distanza totali ta’ 342 kilometru. Għalkemm muġugħ, Cornejo xorta waħda rnexxielu jispiċċa l-istadju, imma wara li kien eżaminat ġie deċiż li jirtira minħabba saħħtu. B’hekk issa t-taqtiegħa ser tkun bejn Ricky Brabec u Kevin Benavides meta fadal l-aħħar żewġ stadji. Wara li ntemm l-għaxar stadju, id-distakk bejn Benavides u Brabec huwa biss ta’ 51 sekonda.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA