Futbol lokali
Dale Camilleri u Steve Sultana ma’ Hamrun Spartans

Dale Camilleri, eks-plejer ta’ St Andrew’s u Steve Sultana, eks-plejer ta’ Xewkija Tigers, huma plejers ta’ Hamrun Spartans. TVM Sport jinsab infurmat li fis-sigħat li għaddew iż-żewġ plejers nazzjonali ffirmaw kuntratt ta’ sentejn mal-klabb taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri.

Camilleri u Sultana, it-tnejn issejħu mill-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin fl-aħħar impenji tat-tim nazzjonali Malti.

Hamrun Spartans, ċedew lil Jake Grech lil Birkirkara iżda ssaħħew b’dawn iż-żewġ akkwisti li issa jingħaqdu flimkien ma’ Triston Caruana u Daniel Zerafa.

TVM Sport infurmat ukoll li Hamrun Spartans jinsabu ferm viċin li jakkwistaw żewġ plejers oħra importanti mill-Kampjonat BOV Premier.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT PREMIER 2019/20 Valletta……….2 Sliema………..1 Valletta reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 2-1. Dawn it-tliet punti kienu ferm prezzjużi minħabba li issa t-tim mill-kapitali qabżu…

Futbol lokali

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Valletta FC. Josie Urpani miet fl-età ta’ 83 sena. Ma’ Valletta FC, Urpani rebaħ tliet titli u żewġ F.A. Trophies Urpani…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 GŻIRA UTD……1 SANTA LUCIA..2 Santa Lucia ħasdu lil Gżira b’żewġ gowls tal-player tal-logħba Rei Tachikawa biex minkejja li lagħbu nofs it-tieni taqsima bi player anqas xorta…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 SIRENS FC……..2. MOSTA FC…….0. Fil-11-il minuta pass tajjeb ta’ Lucas Memezes lil Flavio Cheversan li baqa’ javvanza pero xutt finali tiegħu gie imdawwar f’korner minn Vella….

Aktar