
Tennis
Daniil Medvedev fil-finali tal-Open tal-Awstralja wara li għeleb lil Stefanos Tsitsipas
Ir-Russu Daniil Medvedev għadda għall-finali tal-Open tal-Awstralja meta fis-semifinali tal-lum li saret f’Melbourne Park, huwa għeleb lil Stefanos Tsitsipas b’sets ta’ 6-4, 6-2 u 7-5.
Wara bidu kemmxejn inċert fir-Rod Laver Arena, Medveden irkupra sew anki jekk Tsitsipas baqa’ ta’ sfida denja sal-aħħar tal-konfront.
Fil-kategorija tan-nisa, il-Belġjana Elise Mertens u Aryna Sabalenka tal-Belraus rebħu d-doubles tan-nisa wara li fil-finali għelbu liċ-Ċeka Barbora Krejcikova u lil Katerina Siniakova b’sets ta’ 6-2 u 6-3.
Mertens u Sabalenka kienu l-ħin kollu fil-kontroll ta’ din il-finali u qatt ma dehru fil-periklu li jistgħu jitilfuha.
Dan kien ir-raba suċċess fl-Istorja għal din il-kopja bil-finali damet sejra 81 minuta.