Futbol lokali
BIL-FILMAT: Danilo Doncic jinħatar kowċ ta’ Valletta FC

Danilo Doncic inħatar uffiċjalment kowċ ġdid ta’ Valletta.

B’hekk, l-ex-attakkant Serb irritorna mal-club fejn qatta’ tliet staġuni fis-Snin ’90 meta rebaħ kull unur fil-football Malti u waqqaf rekord ġdid bi 32 goal fi staġun wieħed.

Danilo Doncic iffirma kuntratt li jorbtu mal-Belt sa tmiem l-istaġun 2018/19 imma b’mira ċara kif stqarr il-President tal-club Victor Sciriha: double ta’ kampjonat u trophy dan l-istaġun.

Sciriha spjega kif id-deċiżjoni li jtemm il-kuntratt tal-coach Zoran Popovic li ngħaqad ma’ Valletta fil-bidu ta’ dan l-istaġun kienet diffiċli, imma hu ħa r-responsabbiltà waħdu fl-aqwa nteress tal-club. Hu rringrazzja lil Popovic li qal ħalla skwadra magħquda u punt biss mill-quċċata wara li sieħeb lill-club fi żmien diffiċli: u żied jgħid li għażel lil Doncic għax jaf li jħoss il-polz tal-partitarji ta’ Valletta.

Doncic qal li lest jagħti l-aħjar tiegħu biex jintlaħqu l-miri ta’ Valletta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

L-MFA se tipproponi lill-awtoritajiet tas-saħħa li l-partitarji jibdew jirritornaw fl-istadia tal-football minn Novembru. Wara laqgħa virtwali tal-Kunsill tal-MFA illum, il-President tal-Assoċjazzjoni Bjorn Vassallo spjega li l-ewwel pass fil-pjan huwa li…

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

Aktar