Daqqa ta’ ħarta għal Roma – sospensjoni ta’ 4 logħbiet għal Mattia Destro

Daqqa ta’ ħarta għal Roma fil-missjoni impossibli li jirbħu l-Kampjonat tas-Serie A.

Dan wara li l-aktar plejer fil-forma għalihom bħalissa, l-attakant Mattia Destro weħel sospensjoni ta’ 4 partiti wara d-daqqa li ta f’wiċċ id-difensur ta’ Cagliari Davide Astori fil-logħba tal-Ħadd li għadda li Roma rebħu kontra Cagliari bl-iskor ta’ 3-1.

Roma mistennija jappellaw minn din is-sentenza.

Destro ingħata 3 logħbiet sospensjoni minħabba l-prova televiżiva, u partita oħra sospensjoni għal numru li akkumula ta’ ammonizjonijiet.

Fl-istess partita Destro kien l-eroj għal Roma meta skorja tliet darbiet f’rebħa li permezz tagħha, temporanjament Roma ġew 5 punti biss taħt Juventus, qabel mal-bianconeri l-bieraħ għelbu lil Livorno 2-0 biex reġgħu għandom vantaġġ komdu ta’ 8 punti f’ras il-klassifika meta jonqos 6 logħbiet biss għal kull tim għal tmiem il-Kampjonat.

L-aħħar 6 logħbiet għaż-żewġ sfidanti – skur jekk se jilgħabu f’darhom

Juventus – Udinese, Bologna, Sassuolo, Atalanta, Roma, Cagliari.

RomaAtalanta, Fiorentina, Milan, Catania, Juventus, Genoa.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-ħolma li xi darba ż-żewġ stilel kbar tal-futbol jilagħbu flimkien fl-istess tim, spiċċat qabel ma biss kienet bdiet. Ftit tal-jiem ilu bdew iduru spekulazzjonijiet li Barcelona kienu interessati jakkwistaw lil…

Futbol internazzjonali

Il-klabb Amerikan Inter Miami ffirmaw lil Blaise Matuidi wara li dan ħalla lil Juventus ftit tal-jiem ilu. It-tim mill-Major League Soccer ma ħallsu xejn għas-servizzi tal-Franċiż li fil-passat rebaħ it-Tazza…

Futbol internazzjonali

Barcelona – Bayern Munich Illejla jkun eliminat wieħed mill-aqwa timijiet Ewropej meta Barcelona jaffaċċjaw lil Bayern Munich. Il-Katalani tilfu biss logħba waħda mill-aħħar tlettax li lagħbu f’kull kompetizzjoni, u f’dan…

Futbol internazzjonali

Leipzig tal-Ġermanja għelbu lil Atletico Madrid ta’ Spanja fit-tieni kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League u kkwalifikaw għas-semifinali. Leipzig fetħu l-iskor fil-50 minuta minn gowl ta’ Daniel Olmo. Madankollu l-Ispanjoli għamlu…

Aktar