Futbol lokali
“Daqs kemm kien hemm kritika lejja kien hemm ukoll messaġġi u telefonati ta’ solidarjetà” – Bjorn Vassallo

Illejla l-MFA u l-President Bjorn Vassallo taw l-ewwel reazzjoni tagħhom wara l-Kunsill tat-Tnejn li għadda fejn fih ittieħdu l-voti dwar l-eżitiċi finali tal-klassifiċi.

F’konferenza stampa ta’ aktar minn siegħa li xxandret dirett fuq TVM2, il-President tal-MFA ta spjegazzjoni dwar id-dettalji li mxiet fuqhom l-MFA qabel ma waslet għall-Kunsill tat-Tnejn li għadda.

Il-President tal-MFA qal li l-Assoċjazzjoni dejjem imxiet skont l-Istatut tagħha u li qatt ma għamlet xejn li jmur barra mir-regolamenti li qegħdin hemm u li għamluhom u emendawhom dejjem il-klabbs stess u l-kunsillieri fil-laqgħat tal-Kunsill u fil-laqgħat ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni.

Mistoqsi minn TVMSport dwar jekk iħossx li hu u l-kumplament tal-amministrazzjoni tal-MFA għandhom imorru fil-kamra tal-Kunsill u jitolbu vot ta’ fiduċja fihom, Bjorn Vassallo qal li ma jħossx li għandu jmur għal dan il-vot għax daqs kemm kien hemm kritika lejh u lejn l-amminitrazzjoni f’dawn l-aħħar jiem u ġimgħat, kien hemm ukoll messaġġi b’saħħithom u telefonati ta’ solidarjetà u huma dawn li jżommuh iffukat fil-ħidma tiegħu.

Mistoqsi dwar kampjonat BOV Premier b’16-il tim, Vassallo qal illi kieku ġew relegati Tarxien Rainbows il-kampjonat kien se jkun bi 15-il tim li ma kien se jibdel xejn. Vassallo qal li l-MFA hi preparata u lesta biex tilqa’ kampjonat b’16-il tim għal staġun wieħed. Bjorn Vassallo qal li kampjonat Premier b’16-il team huwa possibbli imma l-pjan hu li kollox jirritorna għan-normal fi żmien sentejn.

Il-President tal-MFA qal lil TVM Sport li kull deċiżjoni li ttieħdet saret b’mod demokratiku u lest joqgħod għal kull kritika anki jekk f’ħafna drabi qed tkun inġusta ħafna lejh u lejn il-kumplament tal-amministrazzjoni tiegħu. Qal li kien għalhekk li ħass li għandu jsejjaħ din il-konferenza tal-aħbarijiet biex ikun jista jispjega lill-pubbliku u għamel dan b’wiċċu minn quddiem.

Vassallo sostna li kollox sar fi trasparenza imma lest jiddjaloga biex ikompli jfiehem. Mistoqsi meta se jibda staġun ġdid qal li l-ħsieb huwa għal nofs Ottubru imma qed tiġi evalwata kull possibiltà anke li jibda fi Frar.

Mistoqsi wkoll x’jista’ jagħmel club li ma jaqbilx mad-deċiżjonjijiet, qal li l-MFA tirriserva d-dritt li tipproċedi skont ir-regolamenti tagħha iġifieri li tissospendi club li jfittixha fil-qrati ċivili u mhux b’rimedju sportiv bħall-CAS it-tribunal tal-arbitraġġ sportiv.

Bjorn Vassallo qal li m’hu infurmat b’ebda lobbying jew offerti ta’ flus lil membri tal-kunsill biex jinfluwenza l-andament tal-votazzjoni. Il-President tal-MFA temm jgħid li din hija kriżi li laqtet il-football bħal kull ħaġ’oħra imma konvint li noħorġu minnha u jekk xejn iżjed uriet kemm il-football hu ħaj fil-komunità Maltija.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kellhom jgħaddu 27 sena mill-aħħar kampjonat mirbuħ minn Floriana fl-istaġun 1992/93 meta dakinhar kien refa’ t-Tazza tal-Kampjonat il-mibki David Cluett sabiex il-Furjaniżi sa fl-aħħar jerġgħu jgħollu t-Tazza ta’ Champions tal-Football…

Futbol lokali

Is-Sibt wara nofsinhar saret il-preżentazzjoni tat-trofew ta’ Champions tal-Futsal Elite League lil Luxol Futsal li rebħu dan il-kampjonat tal-istaġun 2019/20. Luxol dan l-istaġun rebħu double partikolari hekk kif apparti li…

Futbol lokali

Attard FC is-Sibt filgħaxija kienu ppreżentati bit-Tazza ta’ Champions tal-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni għall-istaġun 2019/20. Il-Preżentazzjoni lil-captain tat-team Nigel Spiteri imdawwar bi sħabu l-players u membri tal-kumitat saret mill-President tal-MFA…

Futbol lokali

Waslet il-ġurnata li tant ilhom jistennew il-Furjaniżi hekk kif is-Sibt filgħaxija fil-Floriana saru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tar-rebħ tal-kampjonat għall-istaġun 2019/20 wara l-preżentazzjoni uffiċjali tat-Tazza tal-Kampjonat BOV Premier tal-istagun 2019/20. Għal ħabta…

Aktar