Futbol lokali
Darko Bulatovic tal-Montenegro jingħaqad ma’ Hamrun Spartans

Il-plejer mill-Montenegro Darko Bulatovic, hu d-difensur xellugi laterali l-ġdid ta’ Hamrun Spartans.

Bulatovic, għandu 30 sena u fl-istaġun li għadda lagħab 44 partita ma’ Sutjeska Niksic, f’pajjiżu stess.

Bulatovic lagħab ukoll żewġ partiti mat-tim nazzjonali A tal-Montenegro.

Dan hu akkwist ieħor ta’ ċertu stoffa għall-Ispartans, minn meta l-imprenditur Joseph Portelli ħa f’idejh il-klabb.

Miktub minn...
TVM Sport