Darmanin Demajo f’Kontrattakk il-Ħadd

Fil-program tal-Ħadd mistiedna ta’ Sandro Micallef se jkunu l-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo u s-Segretarju tal-istess Assoċjazzjoni Bjorn Vassallo li se jitkellmu dwar ir-riforma proposta fil-Futbol Malti, il-Match Fixing, is-sitwazzjoni amministrattiva bħalissa fi ħdan l-MFA, progetti lesti u oħra ġodda għal futur fost diversi argumenti oħra. Waqt il-program ta’ għada Darmanin Demajo mistenni jħabbar l-intenzjonijiet tiegħu jekk hux se jerġa jikkonesta għall-Presidnet għal tliet snin oħra fi tmiem l-istaġun li ġej.

Kontrattakk jixxandar il-Ħadd id-9pm fuq TVM2. Kontrattakk jixxandar live ukoll fuq is-sit elettroniku tvm.com.mt kif ukoll dirett fuq Radju Malta 2.

Miktub minn...
TVM Sport
.