Darts: Finali Tazza 5 a side. It-Tieni unur għal Marsa St Michaels

Marsa St Michaels rebħu it-tazza 5 a-side bl iskor ta 3-2 kontra ic-Ċhampions Kalkara St Joseph biex fi-ispazju ta ġimgħa kisbu it-tieni unur wara li kienu għelbu lil Floriana Ajax fil-finali tat-tazza 4 a-side ftit ijiem ilu. Norbert Attard rebaħ kontra Mario Aquilna 3-0 biex ta vantaġġ lis-St Michaels imma Gordon Stanmore kiseb il-parita għal-Kalkara b’ rebħa ta 3-1 fuq Paul Sammut. It-tielet u raba logħob intrebħu bl-istess sekwenza hekk kif David Attard ta’ Marsa ħareġ rebbieħ 3-2 kontra Martin Azzopardi u Andy Keen ta Kalkara 3-0 fuq Neville Grech. Il-ħames u l-aħħar logħba kienet deċiżiva fejn John Ciantar ta Marsa għeleb lil Emmanuel Ciantar 3-1 biex assigura double storiku għal-Marsa St Michaels.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.