Darts
Darts: Floriana Ajax jirbħu l-5-a-side

Floriana Ajax A kisbu l-ewwel unur staġjonali wara rebħa faċli fil-finali tat-tazza 5 a-side fuq Mosta Horseshoe Bar A quddiem folla numeruża ġewwa z-Żejtun Beland Club.

John Ciantar ta l-vantaġġ lil Furjana b’ rebħa ta’ 3-2 fuq Tony Borg, Norbert Attard ikabbar il-vantaġġ b’ rebħa bi iskor ta’ 3-0 fuq Albert Scerri u Vincent Busuttil rebaħ bl-istess skor fuq Godfrey Abela biex ikkonferma it-titlu għal-Greens.

Il-captains taż-żewġ timijiet iddeċidew li r-raba’ u l-ħames logħba ma kienx hemm għalfejn jintlagħbu peress li l-partita kienet diġà deċiża.

Fir-4 ta’ Mejju dawn iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu din id-darba fil-finali tat-tazza 4 a-side.

 

NORBERT ATTARD CHAMPION NAZZJONALI

Norbert Attard irnexxilu jirbaħ l-ewwel edizzjoni tal-Malta Premier League of Darts wara li fil-finali jegħleb lil Albert Scerri bi iskor ta’ 7-5.

Aktar kmieni fis-serata, iż-żewġ plejers faċilment rebħu s-semifinali tagħhom bi iskor identiku ta’ 5-0 fuq John Agius u Godfrey Abela rispettivament.

Fil-finali Scerri irnexxilu jieħu vantaġġ doppju u seta’ jkabbar dan il-vantaġġ aktar, imma numru ta’ darts żbaljati fuq id-doppji ratu jpatti qares hekk kif Attard rebaħ erba’ legs wara xulxin biex fil-break l-iskor kien jaqra 4-2 favur Norbert.

Attard jirnexxielu wkoll jirbaħ is-seba’ leg, imma Scerri waqaf is-sensiela ta’ legs negattivi b’ rebħa fit-tmien leg. Id-disa’ leg tkun mirbuħa min Attard biex b’ hekk kien jinsab biss leg il-bod mit-titlu.

Scerri rebaħ l-għaxar leg u kompla billi rebaħ wkoll il-ħdax il-leg biex l-iskor f’dan l-istadju kien jaqra 6-5 favur Attard. F’ punt kruċjali tal-partita, Scerri ifalli sitt darts fuq double 18 fejn seta’ jitfa’ l-partita f’tie-break, b’ Attard japprofitta b’ għeluq ta’ 160 għar-rebħ tat-titlu nazzjonali.

Finali ta’ livell għoli fl-istabbiliment ta’ Red Square ġewwa Santa Venera fejn iż-żewġ plejers temmew b’ average ta’ 86.00 fejn rajna wkoll ħames 180s għal Attard.

 

Miktub minn...
TVM Sport