Darts
Darts: Floriana Ajax MCP A u Kalkara St.Joseph BC iżommu l-ewwel post

Ir-rebħa ta’ Kalkara St. Joseph fil-konfront dirett kontra Mosta Horseshoe Bar A bir-riżultat ta’ 6-2 u r-rebħa ta’ Floriana Ajax A, kienet tfisser li l-kampjonat tal-ewwel diviżjoni issa qegħdin naraw lil dawn iż-żewġ timijiet jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika bil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni jibqa’ dejjem inċert.

Fit-tieni diviżjoni, Sta. Venera Red Square żammew l-ewwel post minkejja d-draw fuq l-eqreb rivali tagħhom Floriana Ajax MCP B biex id-distakk bejn iż-żewġ timijiet baqa’ intatt. Cospicua Rangers b’dan ir-riżultat u bir-rebħa tagħhom fuq Ħamrun Education Bar B, laħqu lill-istess Floriana fit-tieni pożizzjoni tal-klassifika.

Fit-Tielet Diviżjoni Siġġiewi St. Nicholas BC komplew isaħħu l-ewwel post wara li St. Paul’s BC ħadu t-tieni telfa konsekuttiva biex ġimgħa qabel il-konfront dirett, id-distakk bejn iż-żewġ timijiet żdied għal 5 punti. Dan ifisser li Floriana Ajax Munchies C u Sliema Tipico St.Gregory BC reġgħu daħlu fil-ġlieda għall-promozzjoni.

Riżultati Kampjonat Nazzjonali (26/1/2018)

 1 Div

Mosta Horsehsoe Bar A vs Kalkara St. Joseph 2-6; Gudja PO’s Bar A vs Senglea Manchester Conquest A 6-2; Żejtun Beland Bullseye vs   B’Bugia Cox Sports Club A  4-4; Floriana Ajax MCP A vs Ħamrun Education Bar 6-2;

2 Div

Ħamrun Education Bar B vs Cospicua Rangers 2-6; St. Venera Red Square vs Floriana Ajax MCP B 4-4; Buġibba Sun City A vs Gudja PO’s Bar B  4-4; B’Bugia Cox Sports Club B  vs Mosta Horseshoe Bar B 1-7

3 Div

Mġarr The Hatch Sports Bar vs Floriana Ajax Munchies C 1-7; Mqabba St. Mary BC vs Siġġiewi St. Nicholas BC  3-5; Floriana Boċċi Club vs St. Paul’s Band Club 5-3, St. Paul’s Diamonds vs Ħamrun Bayern Munich 6-2; Senglea Manchester Conquest B vs Sliema Tipico St. Gregory BC 2-6; Żurrieq Football Club vs Buġibba Sun City Ladies 6-2

Klassifika – L-Ewwel Diviżjoni

1st Floriana Ajax MCP, , Kalkara St Joseph – 28punt; 3rd  Mosta Horseshoe Bar A – 25punt; 4th Gudja PO`s Bar A – 22 punt; 5th Birżebbuġa Cox Sports Club A – 8punti,  6 th Senglea M. Conquest A, Żejtun Beland Bullseye – 7 punti; 8th Ħamrun Education Bar A – 1 punt.

 It-Tieni Diviżjoni

1st St. Venera Red Square – 28 punt; 2nd Floriana Ajax MCP B, Cospicua Rangers – 23 punt; 4th  Mosta Horseshoe Bar B – 18 il-punt; 5th Gudja POs Bar B, Buġibba Sun City A – 13 il-punt; 7th Ħamrun Education Bar B – 5 punti; 8th Birżebbuġa Cox Sports Club – 0 punti.

It-Tielet Diviżjoni

 1st Siġġiewi St. Nicholas BC – 31 punt, 2nd St. Paul’s Band Club – 25 punt; 3rd Floriana Ajax Munchies C – 23 punt; 4th Sliema Tipico St. Gregory BC – 21 punt; 5th Floriana Boċċi Club – 18 il-punt; 6th Senglea M. Conquest B – 16  punt ; 7 th Mqabba St. Mary Band Club – 15 il-punt; 8th  Ħamrun Bayern Munich – 14 il-punt; 9th St. Paul’s Diamonds – 10 punti; 10th  Żurrieq Football Club, Buġibba Sun City Ladies – 7 punti; 12th Mġarr The Hatch Sports Bar – 0 punti.

Kompetizzjoni 4 a side – Round Preliminari – 1 Leg (23/1/2018)

Kalkara St.Joseph BC vs Mosta Horseshoe Bar B 11-5; Cospicua Rangers vs Mosta Horseshoe Bar C 6-10; Senglea Manchester Conquest vs Sta. Venera Red Square 7-9

Premier League – 1 Ġurnata (31/1/2018)

Norbert Attard Vs John Ciantar; George Ebejer vs John Agius; Andy Keen vs Kirsten Aquilina; Godfrey Abela vs Mario Aquilina; Albert Scerri vs Chris Cohen

Miktub minn...
TVM Sport