Darts
Darts: Floriana Ajax A u Mosta Horseshoe Bar A f’żewġ finali

Floriana Ajax A u Mosta Horseshoe Bar A assiguraw posthom f’żewġ finali f’jumejn fil-4-a-side u l-5-a-side.

L-ewwel logħbiet li ntlagħbu kienu mil-leg ta’ ritorn tat-tazza 4 a-side fejn Mosta Horseshoe Bar A irnexxielhom idawru żvantaġġ ta’ żewġ legs b’ rebħa ta’ 12-4 fuq Kalkara St Joseph B. Floriana Ajax A rebħu 9-7 lil Kalkara St Joseph A wara li l-ewwel leg kien intemm fi draw ta’ 8-8.

Ġurnata wara, intlagħbu s-semi finali mit-tazza 5 a-side fejn il-Greens għal darb’oħra rnexxielhom jeliminaw lit-tim ta’ Kalkara b’aggregate ta’ 7-3. Mis-semi finali l-oħra, Mosta Horseshoe ħarġu rebbieħa bi iskor kbir ta’ 10-0 fuq Birżebbuġa Cox Sports Club.

Il-finali tal-5-a-side tintlagħab fil-25 ta’ April fiż-Żejtun Beland filwaqt li dik tal-4-a-side tintlagħab fit-3 ta’ Mejju fil-Kalkara St. Joseph Red Bar.

Iż-żewġ finali jibdew fit-8.00pm.

Miktub minn...
TVM Sport