Darts
Darts: Godfrey Abela l-aħħar plejer li jikkwalifika għall-Premier League

Bil-kampjonat wieqaf għal din il-ġimgħa, l-attenzjoni waqgħet fuq l-aħħar tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-Premier League.

B’post wieħed vakanti, Godfrey Abela rebaħ il-finali kontra Gordon Stanmore bl iskor ta’ 3-0.

Issa il-line up tal-Premier League hija finali fejn għal kontra tal-istaġun li għadda fejn il-kampjonat kien kompost minn plejers provenjenti minn żewġ clubs, dan l-istaġun qed naraw firxa ta’ plejers min fost ħames klabbs differenti.

Il-plejers li se jikkompetu dan l-istaġun fuq Round Robin ta’ disa’ ġimghat huma:

Norbert Attard (Rebbieħ Premier League 2016/17), Albert Scerri (Finalista Premier League 2016/17) John Agius u Godfrey Abela (Semi Finalisti Premier League 2016/17), John Ciantar (Parteċipant Premier League 2016/17), Kirsten Aquilina, Andy Keen, Mario Aquilina, George Ebejer u Chris Cohen (l-ewwel dehra fil Premier League).

Il-Premier League jibda nhar l-Erbgħa 31 ta’ Jannar fis-7:30pm bil-logħob kollu jkun streamed live fuq il-YouTube channel uffiċjali tal Malta Darts Association.

Premier League – 1 Ġurnata (31/1/2018)

Norbert Attard Vs John Ciantar; George Ebejer vs John Agius; Andy Keen vs Kirsten Aquilina; Godfrey Abela vs Mario Aquilina; Albert Scerri vs Chris Cohen.

 Kompetizzjoni 4 a side – Round Preliminari (23/1/2018 u 30/1/2018)

 Kalkara St.Joseph BC vs Mosta Horseshoe Bar B; Cospicua Rangers vs Mosta Horseshoe Bar C; Senglea Manchester Conquest vs Sta.Venera Red Square.

Miktub minn...
TVM Sport