Darts
Darts: Id-debuttant Dimitri van den Bergh fil-finali tat-tournament World Match Play

Id-debuttant Dimitri van den Bergh wettaq sorpriża kbira meta wasal sal-finali tal-lejla tat-tournament World Match Play u li fiha se jkun qed jilgħab kontra l-plejer leġġendarju Gary Anderson.

Il-finali tintlagħab f’Milton Keynes.

Il-Belġjan ta’ 26 sena, li wara dan it-tournament se jkun qed jitla’ mal-ewwel 16-il plejer tar-rankings mondjali, għeleb fis-semifinali lill-plejer numru 15 tar-rankings mondjali Glen Durrant 17 għal 15.

Anderson, iċ-champion tal-2018, għeleb lil Michael Smith 18 għal 16.

Minkejja din is-sorpriża, Anderson qal li jrid jilgħab tajjeb ħafna biex jegħleb lil van den Bergh.

Miktub minn...
TVM Sport