Sport Lokali
Darts: Ikompli l-kampjonat tas-sajf

Matul din il-ġimgħa kellna aktar logħbiet mill-kampjonat tas-sajf tad-darts fejn minn grupp A, il-liders huma Qormi Hockey Club Tim A u Fgura Darts Team B. Il-Qriema rebħu lil Manchester Conquest A 5-1 filwaqt li l-Fgurin kellhom fortuni differenti fejn wara li rebħu lil Ħamrun Bayern Tim B 4-2, kellhom ibaxxu rashom kontra Manchester Conquest tant li tilfu 4-2. Mill-banda l-oħra, Ħamrun Bayern Tim B għelbu lil Żurrieq FC 4-2.

Fi Grupp B, Sliema Inter DC jinsabu fil-quċċata b’seba’ punti wara rebħa ta’ 5-1 kontra Mqabba Tal-Ġilju B u dro ta’ 3-3 kontra Qormi Hockey Club Tim B. Ħamrun Bayern Tim A ixxalaw u rebħu 6-0 kontra Mqabba tal-Ġilju Tim B filwaqt li Żejtun tal-Laċċi ġew megħluba 6-0 minn Qormi Hockey Club Tim B.

Finalment fi grupp Ċ, Żejtun Domus għandhom punti massimi mill-konfronti li lagħbu wara rebħiet konsekuttivi ta’ 4-2 u 5-1 kontra Top Gun Bar u St Pauls Diamond rispettivament. Sadanittant Manchester Conquest Tim B għelbu lil Fgura Darts Tim A 4-2 filwaqt li St Pauls Diamond u Fgura Darts Tim A offrew logħba interessanti tant li r-riżultat finali kien dak ta’ 3-3.

KLASSIFIKA – Grupp A

Qormi Hockey A, Fgura Darts B 6, Manchester Conquest A, Ħamrun Bayern B 3, Żurrieq FC 0

KLASSIFIKA – Grupp B

Sliema Inter DC 7, Ħamrun Bayern A 6, Qormi Hockey B 4, Mqabba Tal-Ġilju, Żejtun tal-Laċċi 0.

KLASSIFIKA – Grupp Ċ

Żejtun Domus 9, Top Gun Bar, Manchester Conquest B 3, Fgura Darts A, St Pauls Diamonds 1.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'