Darts
Darts: Il-56 edizzjoni tal-kampjonati nazzjonali

L-Ewwel Diviżjoni

It-timijiet tal-Ewwel Diviżjoni huma Kalkara St Joseph, Furjana Ajax A, Mosta Horseshoe Bar A, Birżebbuġa Cox Sports Club A, Żejtun Beland Bullseye, Gudja POs Bar A, Ħamrun Education Bar A, Senglea M. Conquest A.

Fl-Ewwel Diviżjoni, l-indikazzjonijiet juru li se tkun battalja bejn żewġ timijiet għal unur prinċipali fejn iċ-champions renjanti, Kalkara St Joseph, flimkien mar-runners up, Furjana Ajax A jibdew l-istaġun bil-mira li jtemmu l-impenji tagħhom fil-quċċata tal-klassifika. Mosta Horseshoe Bar A u Birżebbuġa Cox Sports Club A mistennija jispiċċaw fit-tielet u r-raba’ post li jfisser post fid-diviżjoni championship. L-għan prinċipali tal-erba’ tims l-oħra se tkun li jżommu posthom fl-għola diviżjoni għal sena oħra.

It-Tieni Diviżjoni

It-timijiet tat-Tieni Diviżjoni huma Furjana Ajax B, Cospicua Rangers, Gudja POs Bar B, Birżebbuġa Cox Sports Club B, Mosta Horseshoe Bar B, Ħamrun Education Bar B, Buġibba Sun City A, St Venera Red Square.

Tliet timijiet jibdew favoriti għall-promozzjoni – Mosta Horseshoe Bar B, Furjana Ajax B u St Venera Red Square fejn matul ix-xhur tas-sajf kienu attivi b’numru ta’ akkwisti ġodda. Ir-raba’ post fid-Diviżjoni Championship mistenni jkun missielet bejn il-kumplament tat-timijiet fit-Tieni Diviżjoni.

It-Tielet Diviżjoni:

It-timijiet tat-Tielet Diviżjoni huma Mqabba St Mary BC, St Paul’s Diamonds, Mġarr The Hatch Sports Pub, Buġibba Sun City Ladies, Furjana Ajax C, Furjana Bocci Club, Ħamrun Bayern Munich, Senglea M. Conquest B, Siġġiewi St Nicholas BC, Sliema Tipico Club Lounge, St Paul’s Band Club, Żurrieq FC.

It-Tielet Diviżjoni komposta min disa’ tims ġodda fejn kollox huwa possibbli, speċjalment għaliex il-maġġoranza ta’ dawn it-tims huma plejers ġodda għall-kampjonati nazzjonali, kif ukoll il-clubs għadhom fiċ-ċans li jissaħħu b’ akkwisti ġodda. Dan se jkun kampjonat speċjali għall-Assoċjazzjoni għal numru ta’ raġunijiet bl-aktar mportanti tkun li għat-tieni darba fl-Istorja se jkun hemm tim kompost kollu min plejers nisa u tlett ibliet ġodda f Malta se jkunu rappreżentati; Siġġiewi, Sliema u Żurrieq.

Miktub minn...
TVM Sport