Darts
Darts Kampjonat Dinji 2017: “Inħoss li nista’ nerġa’ nirbaħ” – Phil Taylor

Darts, Kampjonat Dinji 2017 li għaddej bħalissa f’Londra: Il-leġġenda u plejer numru 6 fir-rankings mondjali, l-Ingliż Phil Taylor, qal li għadu jemmen li minkejja l-età li għandu u l-klassi ta’ plejers li jeżistu bħalissa fil-logħba, għadu jemmen li jista’ jirbaħ il-finali tat-2 ta’ Jannar u jsir Champion tad-Dinja. Jekk dan iseħħ, ikun ifisser għeluq ta’ karriera brillanti bi 17-il titlu mondjali.

Taylor, ta’ 57 sena, għamel din id-dikjarazzjoni lbieraħ wara r-rebħa faċi li kellu b’punteġġ ta’ 4-0 kontra Keegan Brown li biha qata’ passaġġ għall-Kwarti tal-Finali tal-Kampjonat Mondjali tad-darts.

Taylor qal li se jkun qed jieħu pjaċir jilgħab dawn l-aħħar ftit logħbiet li fadallu fil-karriera professjonali tiegħu u jispera li jirnexxielhu jakkwista l-folla enormi ta’ partitarji li jkunu qed isegwu warajh.

Phil Taylor se jkun qed jirtira mill-karriera hekk kif itemm dan il-Kampjonat Dinji.

Miktub minn...
TVM Sport