Darts
Darts: Kanċellat l-istaġun 2019/20 ebda Champion u ebda team relegat

Intant anke l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts ħabbret b’mod uffiċjali d-deċiżjonijiet tagħha dwar il-kampjonati tal-istaġun 2019/20. L-MDA qalet li ddeċidiet li tikanċella l-kampjonati kollha ta’ din is-sena kemm tal-Premier League, 4, 5 u 8 a side. Fi stqarrija ffirmata mas-Segretarju Ġenerali Ray Gera kien ikkonfermat li ma’ jkunu dikjarati ebda Champions ta’ ebda diviżjoni, ma jsirux promozzjonijiet u ebda team ma jkun relegat mid-Diviżjoni tiegħu. L-Assoċjoni qalet li b’dispjaċir qed tikanċella wkoll il-Kompetizzjoni tal-Malta Open li kellha ssir f’Novembru ta’ din is-sena.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Darts: Il-Malta Darts Association ħarġet uffiċjalment l-applikazzjonijiet tagħha għall-istaġun 2020/21. Id-Darts kien wieħed mid-dixxiplini sportivi l-aktar li ntlaqtu bil-pandemija COVID-19 għaliex hu sport li hu pprattikat indoor. Fi stqarrija l-MDA qalet li…

Id-debuttant Dimitri van den Bergh wettaq sorpriża kbira meta wasal sal-finali tal-lejla tat-tournament World Match Play u li fiha se jkun qed jilgħab kontra l-plejer leġġendarju Gary Anderson. Il-finali tintlagħab…

Iż-żewġ players tad-Darts Phil Taylor u Mikuru Suzuki ftehmu sabiex permezz ta’ kompetizzjoni virtwali jiġbru donazzjonijiet għall-ħaddiema fis-settur tas-Saħħa kemm dawk tal-NHS fl-Ingilterra kif ukoll għall-Japan Peace Winds funds. Iż-żewġ players…

L-Ingliż Luke Woodhouse, ilbieraħ kiteb parti mill-Istorja dinjija tad-darts, meta rnexxielu jagħlaq logħba li kien qed jilgħab mill-kċina ta’ daru diretta fuq l-internet f’9 darts. Woodhouse kien qed jilgħab kontra…

Aktar