Darts
Darts: L-Iskoċċiż Peter Wright isir Champion tad-Dinja

L-Iskoċċiż Peter Wright huwa ċ-Champions tad-Dinja l-ġdid tad-darts meta fil-finali li ntlagħbet ilbieraħ mill-kampjonat dinji PDC, għeleb lill-favorit Michael van Gerwen b’punteġġ finali ta’ 7-3.

Il-kampjonat dinji tad-darts intlagħab fl-Alexandra Palace, f’Londra.

Wright, ta’ 49 sena, kien tilef din l-istess finali kontra van Gerwen lura fl-2014 u fl-aħħar snin tilef 10 minn 11-il finali li lagħab tat-tournaments maġġuri.

Wright kien it-tieni seed tat-tournament u sar it-tieni l-aktar plejer ta’ età li qatt rebaħ il-kampjonat dinji wara Phil Taylor li fl-2013, sar Chamion tad-Dinja għas-16-il darba fil-karriera fl-età ta’ 53 sena.

Miktub minn...
TVM Sport