Darts
Darts: Luke Woodhouse jagħmel in-‘9-dart finish’ mid-dar

L-Ingliż Luke Woodhouse, ilbieraħ kiteb parti mill-Istorja dinjija tad-darts, meta rnexxielu jagħlaq logħba li kien qed jilgħab mill-kċina ta’ daru diretta fuq l-internet f’9 darts.

Woodhouse kien qed jilgħab kontra l-plejer numru tlieta ta’ Wales Gerwyn Price u rebaħlu 5-0.

Il-partita kienet waħda mill-Home Tour organizzat mill-Professional Darts Corporation fejn il-plejers qed jilagħbu kontra xulxin minn darhom permezz tal-internet.

Woodhouse irnexxielu jirbaħ it-tliet partiti tal-grupp tiegħu.

It-tournament mondjali tad-darts minn fuq l-internet ikompli fil-jiem li ġejjin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Darts: Il-Malta Darts Association ħarġet uffiċjalment l-applikazzjonijiet tagħha għall-istaġun 2020/21. Id-Darts kien wieħed mid-dixxiplini sportivi l-aktar li ntlaqtu bil-pandemija COVID-19 għaliex hu sport li hu pprattikat indoor. Fi stqarrija l-MDA qalet li…

Id-debuttant Dimitri van den Bergh wettaq sorpriża kbira meta wasal sal-finali tal-lejla tat-tournament World Match Play u li fiha se jkun qed jilgħab kontra l-plejer leġġendarju Gary Anderson. Il-finali tintlagħab…

Intant anke l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts ħabbret b’mod uffiċjali d-deċiżjonijiet tagħha dwar il-kampjonati tal-istaġun 2019/20. L-MDA qalet li ddeċidiet li tikanċella l-kampjonati kollha ta’ din is-sena kemm tal-Premier League, 4, 5…

Iż-żewġ players tad-Darts Phil Taylor u Mikuru Suzuki ftehmu sabiex permezz ta’ kompetizzjoni virtwali jiġbru donazzjonijiet għall-ħaddiema fis-settur tas-Saħħa kemm dawk tal-NHS fl-Ingilterra kif ukoll għall-Japan Peace Winds funds. Iż-żewġ players…

Aktar