Darts
Darts: Magħrufa l-kwartifinalisti tal-kompetizzjoni individwali

Fir-raba’ ġurnata tal-kompetizzjoni individwali li ntlagħbet f’sala fil-Ħamrun, Stefan Licari u John Agius kisbu post fil-fażi tal-aħħar tmienja meta għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom.

Licari u Agius b’hekk se jkunu qed jissieltu għall-unur finali ma’ Charles Cauchi, Albert Scerri,  Adrian Brydon, Joe Mallia, George Mizzi u Anthony Borg li aktar kmieni dan ix-xahar kisbu wkoll il-kwalifikazzjoni tagħhom.

Ir-raba’  grupp ta’ plejers kellhom jilagħbu l-fażi preliminari qabel ma erbgħa minnhom għaddew mal-aħħar 32 li eventwalment naqsu sabiex jiġi determinat min jgħaddi għall-kwarti tal-finali.

Fir-rawnd preliminari, Eucharist Baldacchino, Stefan Licari, John Agius u Enrico Scerri kisbu post fil-fażi tal-aħħar 32 għas-spejjeż ta’ Silvio Cassar, Justin Felice, Lillo Sciascia u Karl Ghigo rispettivament.

Fit-tieni rawnd, fit-tieni rawnd kienu Eucharist Baldacchino, Stefan Licari, John Agius u Enrico Scerri li kisbu rebħiet fuq Joe Sacco, Mario Scicluna, Stephen Mangion u Etienne Galea rispettivament.

Finalment fil-fażi tal-aħħar sittax, Stefan Licari għeleb liil Eucharist Baldacchino 3-0 filwaqt li John Agius kellu jasal sar-raba’ logħba sabiex elimina lil Enrico Scerri 3-1.

Il-kompetizzjoni individwali tintemm il-Ġimgħa filgħaxija meta jintlagħbu l-kwarti tal-finali, is-semifinali u l-finali sabiex eventwalment jiġi ddikjarat ir-rebbieħ finali.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'