Darts
Darts Malta Open 2017: Żewġ timijiet Maltin mal-aħħar 16 fil-kompetizzjoni tal-pari…illum jibda l-logħob tas-‘singles’

Ilbieraħ bdiet il-Malta International Open 2017, li qed issir fil-kumpless sportiv tal-Kottonera.

L-ewwel logħob fil-ġurnata tal-bieraħ kien dak tal-pari fejn żewġ timijiet Maltin irnexxielhom jagħmluha mal-aħħar 16.

Dawn huma Enrico Scerri u Danijel Serences li għada l-Ħamis fl-aħħar 16 jilagħbu kontra l-aħwa Maiden tal-Ingilterra. Scerri u Serences eliminaw lill-aħwa McNicol, 4-2, fl-ewwel rawnd; lil Gunter u August, 4-1, fl-aħħar 64; u lil Barnham u Mock, 4-3, fl-aħħar 32 plejer.

Gabriel Farrugia u Roger Janssen huma l-kopja l-oħra Maltija li għada jilagħbu fl-aħħar 16 kontra Siegfried u Halliwell tal-Ġermanja. Biex waslu sal-aħħar 16, Farrugia u Janssen eliminaw 4-0 lil Brydon u Busuttil, lil Cervesato u Bevilaqua 4-2; u lil Azzopardi u Fenech 4-2.

Intant, illum beda l-logħob tas-singles, irġiel u nisa, fejn jidħlu fix-xena diversi plejers lokali u internazzjonali ta’ l-ogħla livell.

Il-Malta Darts International Open 2017 tintemm għada l-Ħamis bl-erba’ finali, tnejn tal-pari rġiel u nisa u tnejn tas-singles irġiel u nisa.

TVM2 se jwassal xandira estensiva ta’ dan l-avveniment.

 

Miktub minn...
TVM Sport