Darts
Darts: Numru kbir ta’ plejers jikkompetu fl-Italja

Matul l-aħħar ġimgħa, għoxrin plejer Malti ikkompetew fil-Finders Italian Grand Master Open ġewwa Bologna.

Fl-ewwel ġurnata intalbu l-logħob mil-kompetizzjoni tal-individwali fejn ħames plejers lokali waslu mal-aħħar tnejn u tletin: David Attard, Norbert Attard, Chris Cohen Tony Borg u Albert Scerri. Scerri u N.Attard rebħu l-logħba tagħhom min dak ir-rawnd imma sfaw eliminati mal-aħħar sittax min Francis Carragher tal-Irlanda u l-plejer numru erbatax fir-rankings mondjali, Wesley Harms tal-Olanda rispettivament. Harms jispiċċa jirbaħ it-titlu fejn fil-finali għeleb lil Michael Unterbuchner tal-Ġermanja 6-1.

It-tieni ġurnata rajna l-kompetizzjoni tal-pari bl-aqwa riżultat għal-plejers lokali jasal min Godfrey Abela u Tony Borg li sfaw eliminati fil-kwarti tal-finali mic-Champion tas-singles Wesley Harms u tliet darbiet Champion tad-dinja, Martin “Wolfie“ Adams bl-iskor ta’ 4-1. Fil-finali Adams u Harms għelbu lil par Schirtz u Loffel tal-Isvizzera bl-iskor ta’ 5-1 biex rebħu dan it-titlu għat-tieni sena konsekuttiva.

TVM2 se jxandar programm speċjali dwar il-Malta International Darts Open 2017, l-Erbgħa 29 ta’ Novembru mid-9.30pm ‘il quddiem.

Miktub minn...
TVM Sport