Darts
Darts: Tintemm il-fażi tal-gruppi tal-5 a-side

Ġiet fi tmiem il-fażi tal-grupp tat-tazza 5 a-side bit-tims ta’ Mosta Horseshoe Bar A, Floriana Ajax MCP B, Floriana Ajax MCP A u Kalkara St. Joseph jirbħu l-gruppi rispettivi b’ punti massimi.

Jingħaqdu magħhom għall-polza tal-kwarti tal-finali fit-3 ta’ Jannar: St. Venera Red Square, Gudja PO’s Bar A, Senglea M. Conquest u Żejtun Beland Bullseye li temmew l-impenji tagħhom fit-tieni post.

Grupp A

Mgarr The Hatch Sports Bar v Hamrun Education Bar A 0-5; St. Venera Red Square v Mosta Horseshoe Bar A 1-4; St. Paul’s Diamonds v Bugibba Sun City Ladies 4-1.

Grupp B

Gudja PO`s Bar A v Senglea M. Conquest B 5-0; Floriana Bocci Club v Floriana Ajax MCP B 0-5.

Grupp C

Hamrun Bayern Munich v Senglea M. Conquest A 0-5; St.Paul’s Band Club v Gudja PO’s Bar B 3-2; Cospicua Rangers v Floriana Ajax MCP A 1-4.

Grupp D

Mosta Horseshoe Bar B v Floriana Ajax Munchies C 5-0; Zejtun Beland Bullseye v Bugibba Sun City A 4-1.

IT-TIENI EDIZZJONI TAL-UNIVERSITY DARTS CHALLENGE

Matul il-festa tat-13 ta’ Diċembru, il-MUSC u l-Malta Darts Association organizzaw għat-tieni sena konsekuttiva attività ta’ darts għall-istudenti universitarji bi ġbir ta’ fondi għall-Istrina, fil-common room fl-Università ta’ Malta. Għal-darba oħra Budweiser reġa’ kien l-isponsor uffiċjali.

Miktub minn...
TVM Sport