Futbol internazzjonali
David Alaba ppreżentat minn Real Madrid

Id-difensur il-ġdid ta’ Real Madrid, David Alaba, qal li hu ma ngħaqadx mal-klabb Spanjol biex jibdel lil Sergio Ramos.

Alaba, li ngħaqad ma’ Real Madrid bi free transfer, se jkun qed jilbes il-flokk numru 4 li kellu Ramos matul is-16-il sena karriera fis-Santiago Bernabeu.

Sergio Ramos, ta’ 35 sena, ingħaqad ma’ Paris St Germain.

Minkejja dan, Alaba qal li mhu qed iħoss l-ebda pressjoni żejda li ħafna qed jikkumparawh ma’ Sergio Ramos.

Ta’ 29 sena, l-Awstrijakk iffirma kuntratt ta’ ħames snin ma’ Real Madrid.

 

Miktub minn...
TVM Sport