Futbol internazzjonali
David De Gea mistenni jibqa’ ma’ Manchester United

Jista’ jkun li fl-aħħar mill-aħħar il-goalkeeper Spanjol ta’ Manchester United David De Gea ser jibqa’ f’Old Trafford. Wara xhur sħaħ ta’ spekulazzjoni dwar il-futur tal-goalkeeper Spanjol, il-manager Ole Gunnar Solksjaer qal li De Gea jinsab viċin ħafna li jiffirma kuntratt ġdid mar-Red Devils għas-somma ta’ €415,000 fil-ġimgħa.

Bħalissa t-tim ta’ Manchester United jinsabu jippreparaw għall-istaġun li ġej fl-Awstralja, u huwa mistenni li De Gea jiffirma l-kuntratt il-ġdid ġaladarba jirritornaw lura f’Old Trafford.

De Gea huwa mistenni li jilgħab fit-tieni logħba tat-tour li ser issir fl-Optus Stadium għada kontra Leeds United, b’Romelu Lukaku wkoll mistenni jagħmel parti mill-iskwadra għalkemm għad hemm stennija kbira jekk il-Belġjan hux se jħalli Old Trafford f’dan is-sajf.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Parma 2   Frosinone 1 Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20…

Futbol internazzjonali

Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco…

Futbol internazzjonali

Sheffield UTD 0   Newcastle UTD 2 Newcastle ħadu xi ftit tan-nifs fil-Kampjonat Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija għelbu lil Sheffield UTD 2-0. Kien Saint-Maximin li fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, u Jonjo…

Futbol internazzjonali

Sassuolo 1   Perugia 2 Diżappunt għal Sassuolo fil-Coppa Italia meta fir-Round tas-16 tilfu kontra Perugia 2-1. Sal-ewwel 17-il minuta Perugia kienu diġa’ 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Mazzocchi u Nicolussi….

Aktar