Futbol internazzjonali
David Moyes b’kuntratt ġdid ta’ 3 snin ma’ West Ham

Il-manager ta’ West Ham David Moyes ingħata kuntratt ġdid ta’ 3 snin mal-Hammers. L-istaġun li għadda kien wieħed sodisfaċenti għal West Ham, fejn taħt it-tmexxija ta’ Moyes waslu sas-sitt post fil-klassifika.

David Moyes ħa lit-tim f’idu f’Diċembru 2019 wara Manuel Pellegrini u f’dak l-istaġun irnexxielu jsalva lill-Hammers mir-relegazzjoni. F’dan l-istaġun huwa wassal lil West Ham għal post fl-Europa League fl-istaġun li ġej meta ġabru 65 punt fil-klassifika, rekord għall-klabb fil-Premier League.

Moyes, li għandu 58 sena, huwa r-raba’ l-aktar manager fl-Ingilterra li mexxa logħob fil-Premier League, b’583 waħda. Qablu hemm Arsene Wenger bi 828 logħba, Sir Alex Ferguson bi 810 logħbiet u Harry Redknapp b’642 logħba.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA