Futbol internazzjonali
De Rossi jiskorja għal Boca Juniors fid-debutt
L-eks plejer internazzjonali Taljan Daniele De Rossi kellu debutt b’emozzjonijiet imħallta meta skorja għal Boca Juniors fit-telfa li kellhom fit-Tazza Arġentina kontra Almagro.
De Rossi, li beda sa mill-ewwel minuta għat-tim mill-belt ta’ Buenos Aires, fetaħ l-iskor għat-tim tiegħu fit-28 minuta għalkemm Almagro wettqu reazzjoni drammatika u ġabu l-iskor indaqs fit-82 minuta permezz ta’ Juan Manuel Martinez.
Il-logħba baqgħet ma żblukkatx ruħha sa tmiem il-partita sabiex kellha tmur għal-lotterija tal-penalties. Hawn Almagro kienu aktar tajbin mill-avversarji tagħhom meta rebħu bl-iskor ta’ 3-1. B’hekk Boca Juniors inqalgħu minn din il-kompetizzjoni.
Madwar 10,000 spettatur li kienu preżenti f’Estadio La Plata kellhom f’idejhom kartelluni b’wiċċ De Rossi li jidher bħala gladjatur lest għall-battalja.
F’kummenti li ta wara l-partita, De Rossi kien kuntent li skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-Arġentina għalkemm mhux daqstant sodisfatt li t-tim inqala’ minn din il-kompetizzjoni.
De Rossi, li għandu 36 sena, ingħaqad ma’ Boca Juniors wara perjodu ta’ 18-il sena ma’ Roma.

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2019/20 Match Day 6 Grupp G Rangers 1 – 1 Young Boys 30min Alfredo Morelos 1-0 89min own goal Borna Barisic 1-1 FC Porto 3 – 2…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2019/20 Match Day 6 Grupp A APOEL Nicosia 1 – 0 Sevilla 61min Vujadin Savic 1-0 Qarabag FK 1 – 1 F91 Dudelange 63min Sabir Bougrine 0-1…

Futbol internazzjonali

Liverpool jinsabu interessati li jakkwistaw il-firma tal-midfielder Ġappuniż Takumi Minamino f’Jannar li ġej. Minamino impressjona fiż-żewġ logħbiet li RB Salzburg lagħbu kontra Liverpool fil-UEFA Champions League fejn irnexxielu jsib ix-xibka f’Anfield….

Futbol internazzjonali

Il-kowċ il-ġdid ta’ Napoli Gennaro Gattuso mistenni jwettaq rivoluzzjoni fis-sistema tattika tat-tim. Rapporti Taljani jgħidu li Gattuso għandu ħsieb li jbiddel kompletament il-formazzjoni ta’ Napoli. Gattuso mistenni jġib bidla wkoll…

Aktar