BOV Premier League 2021/22
Deċiża b’żewġ gowls fit-tieni taqsima

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Sirens………..1

Mosta………..1

Fit-Tony Bezzina, il-partita bejn Sirens u Mosta tispiċċa fi draw ta’ wieħed b’wieħed, biż-żewġ gowls jiġu skurjati fit-tieni taqsima.

L-ewwel azzjoni tasal fit-8 minuta mit-tim ta’ Mosta, wara li l-ballun kien parzjalment milqugħ minn Mintoff minn korner, il-ballun jaqa’ f’saqajn Riascos b’dan jitfa’ għoli. Fit-13-il minuta jkunu Sirens permezz ta’ azzjoni personali ta’ Brandan li baqa’ javvanza bil-ballun pero’ jispiċċa għoli.

Sirens komplew jippressaw meta fid-19-il minuta kien Degran Jackson li jagħti cross shot pero’ ġie mdawwar f’korner mill-goalkeeper Mofoumbi. Daqqa ta’ ras ta’ Effiong minn kross tiġi salvata faċilment minn Mafoumbi fit-28 minuta. Ftit sekondi qabel it-tisfira tal-ewwel taqsima Tachikawa jixxutja għoli.

Fit-tielet minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, jkun Failla li jinkariga ruħu minn freekick b’Zachary Brincat jitfa’ fix-xibka pero’ jkun imħassar mir-referi wara senjalazzjoni ta’ offside.

Mas-siegħa logħob ikunu Mosta li jiftħu l-iskor bi kross fil-baxx ta’ Johann Bezzina u Zachary Muscat ma jonqosx milli jitfa’ fix-xibka. Ikun biss 5 minuti wara b’Sirens iġibu id-draw minn kontra attakk bil-plejer Kemar Reid jitfa’ fix-xibka faċilment.

Fis-70 minuta jerġgħu ikunu Sirens, hekk kif Brandan jara lill-goalkeeper ta’ Mosta ftit ‘il barra minn postu, jipprova jqabbeż il-ballun pero’ jaħbat mal-lasta. Fl-74 minuta jerġa’ jkun l-awtur tal-gowl ta’ Sirens, Reid, li jixxutja b’Mafoumbi jilqa’ tajjeb. Fid-79 minuta jerġa’ jkun Reid b’daqqa ta’  ras, minn kross ta Jacob Walker, bil-ballun ikun salvat għal darb’oħra mill-goalkeeper.

Skor Finali: Sirens R.   1  –   Mosta 1

Referi: Darryl Agius

BOV Plejer tal-Logħba: Tachikawa Rei (Sirens)

Sirens: Mintoff S., Tachikawa R., Effiong A., Albanese D., Borg A., Walker J., Brandan F. J., Zammit Lonardelli C., Jackson Kemmu D., Castillo Riascos C. A., Reid Kemar D.

Mosta: Mafoumbi C. H., Debono D., Failla C., Nsumoh Johnson K. (37’ Muscat Z.), Bezzina J., Edhere O., Farrugia T., Doric I., Riascos L. C. (46’ Sciberras G.), Igbineweka I. L. (62’ Ememe C.), Ekani J. R.

Miktub minn...
Chris Cassar