Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
15°
Max
18°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
PROGRAMMI
Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
15°
Max
18°
Sport Lokali
Dejan Grech u Haley Bugeja huma l-Isportiv u l-Isportiva tas-Sena 2020
Imtella' Marzu 14, 2021 - Aġġornata 14 Ta' Marzu, 2021 3:58pm
Rapport: TVM Sport

Is-Sibt filgħaxija waqt xandira diretta fuq TSN1 u l-paġni soċjali ta’ facebook, tħabbru r-rebbieħa tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali.

Il-61 edizzjoni kienet ikkaratterizzata mill-fatt li minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid19 is-serata ma setgħatx issir bħas-soltu fil-preżenza ta’ dawk kollha nvoluti. Minflok saret edizzjoni virtwali konformi mal-aħħar avviż legali maħruġ mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.

Kelliema waqt din ix-Xandira kienu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSport, Rikreazzjoni u Organiżazzjonijiet Volontarji l-Onor Clifton Grima, iċ-Chairman ta’ SportMalta Dr Luciano Busuttil, il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar u l-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef. L-Onor Clyde Puli kelliem għal-Oppożizzjoni għall-Isport kien ukoll kollegat permezz ta’ zoom.

Għal sena oħra din is-serata kienet organizzata b’mod konġunt mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ SportMalta bl-appoġġ sħiħ tas-Segretarjat responsabbli mill-Isport.

Waqt din ix-xandira li kienet ippreżentata minn Lorraine Cunningham u Chris Cauchi ġew mqassma 11 il-unur – sebgħa fuq votazzjoni tal-ġurija, wieħed fuq vot popolari tan-nies, wieħed għażla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u tnejn fuq suġġeriment ta’ Special Olympics.

L-unuri kollha mqassma kienu dawn:

Sportiv tas-Sena – DEJAN GRECH (Eight Ball Pool)

Sportiva tas-Sena  – HALEY BUGEJA (Futbol)

Żagħżugh tas-Sena – RICHARD SCHULTHEIS (Ibburdjar)

Żagħżugħa tas-Sena – TENISHIA THORNTON (Weightlifting)

Tim tas-Sena – TIM NAZZJONALI TAL-FUTBOL TAN-NISA (Futbol)

Kowċ tas-Sena – DEVIS MANGIA (Coach Tim Nazzjonali tal-Futbol Irġiel)

Uffiċjal tas-Sena – JOSEPH MUSCAT (Segretarju Ġenerali Malta Basketball Association)

Avveniment Internazzjonali tas-Sena – KAMPJONAT EWROPEJ TAL-EIGHT BALL POOL

People’s Choice Award – MARK MARLOW (President Malta Employers Sport Association)

Unur Special Olympics Atleta Maskili – MARK SERGE (Ten Pin Bowling)

Unur Special Olympics Atleta Femminili – KLARA ZAMMIT (Għawm)

Share
Miktub minn...
TVM Sport
.
@https://twitter.com/TVMSport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu ciklizmu
Ċikliżmu: Joe Bajada jinħatar President ta’ kummissjoni ġdida fi ħdan l-Unjoni Ewropea taċ-Ċikliżmu
Tennis open ta' barcelona
Tennis: Bautista Agut jegħleb lil Andujar u jikkwalifika għat-tieni rawnd tal-Open ta’ Barcelona
Żwiemel zwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Il-ġerrej Benoit de la Sayette sospiż wara li nstab pożittiv għall-test tad-doping
Tennis open ta' barcelona
Tennis: Battikata għal Kei Nishikori biex għeleb lil Guido Pella fl-ewwel rawnd tal-Open ta’ Barcelona
Aktar
L-Aħbarijiet Sportivi
21/04/2021
Futbol internazzjonali agnelli ceferin
“Qatt ma ltqajt ma’ bniedem li kapaċi jigdeb fit-tul hekk u ma jinqabadx” Ceferin dwar Agnelli
Futbol internazzjonali
It-timijiet Ingliżi jirtiraw mis-Super League Ewropew, Ed Woodward ser jitlaq mill-kariga ma’ Manchester UTD fi tmiem is-sena
Futbol internazzjonali agnelli
Andrea Agnelli jgħid li s-Super League ma jistax u mhux se jsir; tiżdied il-pressjoni fuqu biex jirriżenja minn President ta’ Juventus
Futbol lokali mfa uefa licenzja
L-MFA tapprova l-liċenzja ta’ tmien klabbs tal-Premier; id-destin fl-Ewropa ta’ Hamrun Spartans f’idejn il-UEFA
Futbol internazzjonali mourinho
Jose Mourinho jirritorna f’daru f’Londra bl-affarijiet li kellu fuq il-post tax-xogħol
FILMAT: Kampjonat Ewropew Weightlifting; Thornton fl-ewwel post fil-kategorija 49kg fis-sezzjoni B
ARA: Il-kumment ta’ Devis Mangia wara l-partita tal-bieraħ bejn il-Kroazja u Malta
Devis Mangia għadu ma ddeċidiex fuq l-ewwel ħdax għal kontra l-Kroazja
ARA: Mangia: “Kuntent bl-attitudni tal-plejers tiegħi”
ARA: Jirbaħ tellieqa tas-60 metru u jtir minn tulu
Malta megħluba mir-Russja minkejja prestazzjoni pożittiva
FILMAT: L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport tat-Tlieta 23 ta’ Marzu
FILMAT: L-aħbarijiet sportivi ta’ TVMSport tat-Tnejn 22 ta’ Marzu
FILMAT: Bugeja tiskorja fir-ritorn tagħha ma’ Sassuolo
FILMAT: L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport tal-Ħadd 21 ta’ Marzu
FILMAT: L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport tal-Ġimgħa 19 ta’ Marzu
Dejan Grech u Haley Bugeja huma l-Isportiv u l-Isportiva tas-Sena 2020
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision