Futbol internazzjonali
Dejan Lovren jingħaqad ma’ Zenit St Petersburg

Dejan Lovren ingħaqad mal-klabb Russu ta’ Zenit St Petersburg mingħand Liverpool.

Lovren iffirma kuntratt ta’ tliet snin maċ-Champions Russi.

Lovren kien ingħaqad ma’ Liverpool mingħand Southampton fl-2014 u se ħalla lir-Reds wara 185 partita li fihom skurja tmien gowls.

Ma tħabret l-ebda ċifra uffiċjali ta’ dan it-transfer iżda l-media Ingliża u Russa qed ikunu konsistenti fuq l-ammont ta’ 15-il miljun ewro.

Lovren kien parti mit-tim ta’ Liverpool li rebħu l-UEFA Champions League, is-Super Cup u l-Club World Cup fl-istaġun li għadda.

Dejan Lovren lagħab 57 partita mat-tim nazzjonali tal-Kroazja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Aktar