Futbol internazzjonali
Dele Alli jiċħad li t-telfa mal-Belġju waqfet il-momentum tat-Team Ingliż

Sa nhar it-Tlieta jkunu magħrufa t-teamijiet fil-Kwarti Finali.

L-Ingilterra jittamaw li jkunu l-aħħar team li jagħmilha mal-aħħar tmienja hekk kif it-Tlieta filgħaxija jiltaqgħu kontra l-Kolombja.

Il-midfieder ta’ Tottenham Dele Alli ċaħad spekulazzjonijiet li t-telfa kontra l-Belġju setgħet ġabet dubji fuq is-saħħa tat-team Ingliż u li possibilment setgħet waqfet mill-momentum li bih kien għaddej it-Team Ingliż.

Dele Alli tenna li l-iskwadra kolha kienet wara d-deċiżjoni tal-kowċ għal-logħba kontra l-Belġju.

Gareth Southgate għamel tmien bidliet fl-ewwel ħdax fit-telfa ta’ 1-0 fl-aħħar logħba minn Grupp Ġ, madankollu l-istilla ta’ Tottenhan rid jipreċiża li l-players fl-iskwadra huma mija fil-mija wara l-kowċ f’kull deċiżjoni li qed jieħu f’din it-Tazza tad-Dinja.

Ġejna r-Russja bi skwadra b’saħħitha ħafna u kulħadd qed jissielet għal postu fit-team, kienet opportunita tajba u esperjenza għal numru ta’ġ żgħażagħ minkejja li r-riżultat ma kienx dak mixtieq.

Skont l-istess Alli t-team diġa jinsab iffukat u preparat għal-logħba li ġejja, hekk kif il-Kolombja huma l-avversarji li jmiss għall-Ingliżi, rebħa tkun tfisser dwell fil-Kwarti Finali kontra r-rebbieħ tad-dwell nhar it-Tlieta ukoll bejn l-Iżvizzera u l-Iżvezja.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Mesut Ozil, il-midfielder ta’ Arsenal u tal-Ġermanja rtira mit-tim nazzjonali minħabba dak li qed isejjaħ hu stess ‘razziżmu u diżrispett’. Ozil hu ta’ oriġini Torka u kien kritikat ħafna mill-poplu…

Futbol internazzjonali

AC Milan se jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej. Dan wara li aktar kmieni llum, rebħu l-appell li kellhom quddiem il-Court of Arbitration for Sport, il-CAS, wara li kissru…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Kesla…..2 Balzan…1 (Balzan kwalifikati b’aggregate ta’ 5-3) Balzan ikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa League anki jekk tilfu bi skor ta’ 2-1 kontra Kesla fl-Ażerbajġan. Balzan…

Futbol internazzjonali

L-ex plejer ta’ Chelsea Gianfranco Zola irritorna mal-ex klabb tiegħu f’Londra bħala assistant manager ta’ Maurizio Sarri. Zola kien għamel seba’ snin jilgħab fi Stambford Bridge fejn skorja 80 gowl…

Aktar