Futbol internazzjonali
Delegati tal-FIFA qed iduru l-bliet Amerikani li jistgħu jospitaw il-logħob tat-Tazza tad-Dinja 2026

Uffiċjali tal-FIFA kienu f’Kansas City, Missouri, fi proċess sabiex ikunu identifikati l-bliet li fihom ser jintlagħbu l-logħob tat-Tazza tad-Dinja 2026.

Uffiċjali ta’ Kansas City tkellmu waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien mad-delegati tal-FIFA li kienu qed jispezzjonaw l-Arrowhead Stadium, bħala wieħed mill-istadia li jista’ jospita l-logħob tal-edizzjoni 2026. Fil-mument dan l-istadium jintuża mill-Kansas City Chiefs.

B’kollox hemm 17-il belt Amerikana li qed jittamaw li jospitaw xi logħob tat-Tazza tad-Dinja 2026. S’issa għadu mhux magħruf liema bliet ser ikunu qed jospitaw il-logħob f’edizzjoni li ser tkun organizzata mill-Istati Uniti u l-Kanada.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA