Futbol lokali
Devis Mangia jsejjaħ l-ewwel skwadra nazzjonali ta’ Malta: tinkludi lil Enrico Pepe, Mario Fontanella u Amadou Samb

Il-kowċ nazzjonali Devis Mangia, assistiet minn Davide Mazzotta u Guillermo Giacomazzi, sejħu skwadra twila għall-pre season tat-tim nazzjonal qabel l-impenji internazzjonali.

Il-plejers huma msejħa għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ il-Ħadd 5 ta’ Lulju.

Fost il-plejers, imsejħa mal-iskwadra nazzjonali ewlenija hemm Enrico Pepe, Amadou Samb u Mario Fontanella.

L-MFA kienet bdiet proċess ma’ Identity Malta Agency biex it-tliet plejers iġibu ċittadinanza bil-mertu.

L-iskwadra nazzjonali li sejjaħ il-kowċ nazzjonali Mangia hi din:

GOALKEEPERS
Rashed Al-tumi, Henry Bonello, Matthew Calleja Cremona, Jake Galea

DIFENSURI
Andrei Agius, Jean Borg, Steve Borg, Zach Muscat, Enrico Pepe, Kurt Shaw

MIDFIELDERS
Cain Attard, Myles Beerman, Ryan Camenzuli, Triston Caruana, Jake Grech, Matthew Guillaumier, Joseph Essien Mbong, Steven Pisani, Zachary Scerri, Neil Tabone, Dunstan Vella, Dexter Xuereb, Yannick Yankam

ATTAKKANTI
Shaun Dimech, Jurgen Degabriele, Jean Paul Farrugia, Mario Fontanella, Paul Mbong, Luke Montebello, Kyrian Nwoko, Amadou Samb

Malta tilgħab il-partiti ta’ kwalifikazzjoni mill-UEFA Nations League Grupp D1 bejn Settembru u Novermbru li ġej. L-ewwel żewġ partiti jkunu kontra l-Gżejjer Faroe barra minn darna fit-3 ta’ Settembru u kontra l-Latvja f’Ta’ Qali fis-6 ta’ Settembru.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hamrun Spartans, il-Brażiljan Leandro Motta, se jkun qed jilgħab fil-flokk ta’ Santa Lucia mill-istaġun li ġej. Motta kien lagħab ma’ Hamrun Spartans taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri….

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hibernians, Sliema Wanderers u Gudja Utd, Jackson Lima sar plejer tal-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Marsa. Il-midfielder Brażiljan, fl-istaġun li għadda lagħab f’Għawdex ma’ Xewkija Tigers FC. Lima ta’…

Futbol lokali

Hibernians F.C. kisbu lill-plejer tat-Trinidad and Tobago Winchester Rundell Renold. Renold hu attakkant ta’ 26 sena. Fl-istaġun li għadda, Renold lagħab ma’ Gudja United u skurja 5 gowls.

Aktar