Futbol internazzjonali
Didier Drogba jinħatar Ambaxxatur tal-Isport u s-Saħħa tal-WHO

Didier Drogba huwa l-ambaxxatur tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fejn flimkien mal-FIFA u l-Qatar tnediet sħubija sabiex it-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla tintlagħab f’ambjent san u sikur.

Drogba, li fil-passat kien il-captain tat-tim nazzjonali tal-Kosta tal-Ivorju, huwa l-Ambaxxatur għall-Isport u s-Saħħa fi ħdan il-WHO.

Fl-edizzjoni tal-EURO 2020, il-WHO kienet tat diversi twissijiet sabiex ma jinġabrux ġemgħat ta’ nies quddiem l-istadia u fil-bars u l-pubs għal-logħob Ewropew. Il-WHO qalet li f’numru kbir ta’ każi l-appelli tagħha nstemgħu.

Skont Hassan Al Thawadi, it-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla ser tkun l-akbar attività tal-massa minn meta faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19. F’Ġunju li għadda l-Qatar għamilha ċara li biex in-nies jiddaħħlu fl-istadia jridu jkunu mlaqqma kontra l-Covid-19.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA