Futbol internazzjonali
Diego Maradona jibda b’telfa ma’ Gimnasia y Esgrima

Bidu xejn feliċi għal Diego Armando Maradona bħala kowċ ta’ Gimnasia y Esgrima wara li fl-ewwel logħba huma tilfu 2-1 f’darhom kontra Racing. Maradona, li ħa lit-tim f’idejh mill-ġimgħa li għaddiet, ma qagħadx ħafna bilqiegħda imma beda l-ħin kollu jipprova jimmotiva lill-plejers minn fuq il-bankina.

Gimnasia marru minn taħt fis-36 minuta, u għalkemm ġabu l-iskor indaqs mal-bidu tat-tieni taqsima, ma damux wisq igawdu d-dro għaliex żewġ minuti wara reġgħu marru minn taħt. Għal Maradona dan kien ritorn lura fix-xena tal-futbol Arġentin wara li kien mexxa lit-tim nazzjonali fl-2010.

Għal Gimansia din kienet il-ħames telfa mill-ewwel sitt logħbiet u ħalliet lit-tim ankrat fil-qiegħ tal-klassifika b’punt wieħed biss.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakant tas-Senegal u ta’ Liverpool Sadio Mané tkellem dwar l-għajnuna li qiegħed jagħti lil pajjiżu u pajjiżi oħra Afrikani. F’intervista li kellu mal-kamra tal-aħbarijiet NsemWoha.com, Mané saħaq li għalih mhuwiex…

Futbol internazzjonali

Għalkemm il-Portugall ħarġu telliefa kontra l-Ukrajna bl-iskor ta’ 2-1, f’logħba mill-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020, xorta waħda kienet lejla memorabbli għal Cristiano Ronaldo li skorja s-700 gowl tal-karriera tiegħu. Fil-logħba…

Futbol internazzjonali

Il-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 bejn il-Bulgarija u l-Ingilterra kienet imwaqqfa darbtejn mir-referee fl-ewwel taqsima, u dan bħala parti minn protokoll tal-UEFA sabiex jitwaqqfu l-abbużi razzisti fl-istadiums. Matul l-ewwel taqsima…

Futbol internazzjonali

It-Tnejn filgħaxija l-Ukrajna saru l-ħames tim li għamluha mill-fażi tal-gruppi u kkwalifikaw għall-edizzjoni tal-Euro 2020. Dan wara li f’darhom irnexxilhom jegħlbu lill-Portugall. Il-logħba bejn il-Bulgarija u l-Ingilterra kellha titwaqqaf darbtejn…

Aktar