Tennis
Diego Schwartzman u Casper Ruud fir-Round tas-16 tal-Open t’Indian Wells

Diego Schwartzman għadda għar-Round tas-16 t’Indian Wells meta għeleb lill-Brittaniku Dan Evans fi tliet sets. Kien Evans li rebaħ l-ewwel sett 7-5, imma Schwartzman irrisponda fit-tnejn ta’ wara u rebaħhom 6-4, 6-0.

In-Norveġiż Casper Ruud ukoll għamilha għar-Round tas-16 b’rebħa fuq Lloyd Harris tal-Afrika t’Isfel fi tliet sets. Harris rebaħ l-ewwel sett 7-6, imma ma seta’ jagħmel xejn kontra l-qawwa ta’ Ruud fiż-żewġ sets ta’ wara 4-6, 4-6.

Schwartzman u Ruud jiltaqgħu kontra xulxin fir-Round tas-16.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA