Futbol internazzjonali
Diego Simeone pożittiv għall-coronavirus

Il-kowċ ta’ Atletico Madrid, Diego Simeone, instab pożittiv għall-coronavirus.

Kien il-klabb tiegħu stess li għamel din l-aħbar uffiċjali.

Atletico Madrid ħabru li Simeone jinsab f’iżolament f’dahru wara test li sarlu l-Ġimgħa waqt li t-tim kien għaddej bit-taħriġ tiegħu tal-pre-season.

Il-kampjonat La Liga beda s-Sibt li għadda iżda Atletico Madrid se jkunu qed jibdew tard mit-tielet ġimgħa minħabba l-impenji li kellhom fil-UEFA Champions League fl-istaġun li għadda.

Atletico Madrid jilagħbu l-ewwel partita fis-27 ta’ dan ix-xahar, f’darhom kontra Granada.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Aktar