Regatta
FILMAT: Dieqa fost id-dilettanti tar-Regatta: Jittamaw li r-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien issir f’Ġunju
Illejla fid-21:35 fuq TVM2: ir-Regatta ta' Jum il-Ħelsien 2019

Il-41 edizzjoni tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien illum ma setgħatx issir hekk kif is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż ma’ ħallietx alternattiva oħra lill-Għaqda Regatta Nazzjonali li tikkanċella l-edizzjoni ta’ din is-sena. Fil-bidu meta tħabbar li l-Għaqda Regatta kienet waslet għal din id-deċiżjoni kienu ħafna dilettanti li ħaduha kontra din id-deċiżjoni għaliex kienu qalu li l-Assoċjazzjoni għaġġlet fid-deċiżjoni tagħha. Iżda illum storja oħra, hekk kif l-Għaqda Regatta Nazzjonali ngħatat raġun wara li l-awtoritajiet tas-saħħa lokali waqqfu l-attivitajiet sportivi kollha fil-pajjiż.

Stephen Paris President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdief  ieħor se jitkellem dalwaqt ma’ f’intervista ma’ Sandro Micallef dwar din id-deċiżjoni u dwar id-dieqa u dispjaċir li għandhom id-dilettanti tar-Regatta li kull sena fil-31 ta’ Marzu isegwu b’tant passjoni l-għaxar tlielaq tradizzjonali.

Ftit snin ilu ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien kienet saret fit-23 ta’ Marzu ġimgħa qabel minħabba li l-31 kien inzerta Sibt il-Għid.

Diversi dilettanti li tkellmu ma’ TVM Sport qed jagħmlu appell lill-awtoritajiet sabiex isiru l-arranġamenti kollha posibli sabiex ir-Regatta tal-31 ta’ Marzu issa tkun posposta għal Ġunju jew iktar tard fis-Sajf sabiex b’hekk jibqa’ jinżamm ir-rekord li r-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien tkun xorta saret kull sena.

Illejla għall-ħabta tad-21:35 fuq TVM2 se tintwera edizzjoni speċjali ta’ TVMSport bl-aħjar siltiet mir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien tas-sena li għaddiet.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Regatta

L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor fi stqarrija qalet li wara li nħargu l-linji gwida fejn jirrigwarda l-isport u fejn qabel inħarġu dawn il-linji gwida l-assocjazzjoni ma kienet qatt ikkonsultata,…

Regatta

F’komunikat maħruġ kmieni l-Ġimgħa filgħodu, l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor ħabbret li b’effett immedjat qed jitwaqqaf it-taħriġ kollu kemm fil-baħar kif ukoll fil-klabbs. Din is-sitwazzjoni wasslet sabiex tiġi mħassra…

Regatta

Il-Mapfre Middlesea Euromed International Championships ingħataw bidu llum fil-Bajja tal-Mellieħa. Organizzati mill-Malta Young Sailors Club u sponsorjata minn Yachting Malta, ir-regatta laqgħet 230 baħħara li kkompetu fil-Klassijiet tal-Optimist u tal-Laser….

Aktar