Futbol lokali

Difensur Kroat ġdid ma’ St.Andrews.. Emerson Vella ma’ Mosta

RAPPORT – Rodney Vassallo 
St.Andrews tal-kowċ Jose Borg u t-Team Manager Alex Busuttil attivi ferm f’dawn is-siegħat hekk kif għadhom kemm akkwistaw lid-difensur Kroat Ante Bakmaz li meta kien żgħir lagħab ukoll fl-akkademja ta’ Ajax fl-Olanda.
Sadanittant fl-aħħar siegħat ukoll Mosta tal-kowċ il-ġdid Edmond Lufi kisbu id-difensur Emerson Vella li fil-passat lagħab ma’ Gudja United u aktar riċenti ma’ Qormi fil-Kampjonat Premier.