
Futbol internazzjonali
Dimitrios Grammozis jinħatar kowċ ta’ Schalke 04, il-ħames wieħed f’dan l-istaġun
Schalke 04 ħabbru li ngaġġaw lil Dimitrios Grammozis bħala kowċ sas-sena d-dieħla. Jumejn biss wara li keċċew lil Christian Gross, id-diriġenti ta’ Schalke -04 ma ħlewx ħafna ħin biex sabu kowċ ieħor, il-ħames wieħed sa mill-bidu ta’ dan l-istaġun.
Grammozis għandu 42 sena, u fil-passat kien jilgħab fil-Bundesliga. Fil-karriera tiegħu ta’ plejer kien lagħab mat-tim nazzjonali Grieg fil-livell taż-żgħażagħ. Din hija qabża kbira għal Grammozis, għaliex s’issa, fil-karriera tiegħu ta’ kowċ, mexxa timijiet f’diviżjonijiet inferjuri, fosthom lit-tim tat-Tieni Diviżjoni Darmstadt 98.