Tennis
Dimitrov, Schwartzman, Norrie u Hurkacz fil-kwartifinali tal-Open t’Indian Wells

Ir-Russu Daniil Medvedev safa’ eliminat fir-Round tas-16 meta tilef kontra l-Bulgaru Grigor Dimitrov fi tliet sets. Medvedev rebaħ l-ewwel sett 6-4, imma mbagħad tilef it-tnejn ta’ wara 4-6, 3-6.

Kwartifinali wkoll għall-Arġentin Diego Schwartzman li għeleb lin-Norveġiż Casper Ruud f’żewġ sets, 6-3, 6-3. Fil-fażi li jmiss Schwartzman ser jaffaċċja lill-Brittaniku Cameron Norrie.

Il-Pollakk Hubert Hurkacz ukoll għamilha għall-kwartifinali meta f’żewġ sets għeleb lir-Russu Aslan Karatsev, 6-1, 6-3.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA