Futbol internazzjonali
Disfatta Italja: Ventura jikkunsidra li jitlob kumpens finanzjarju jekk jirriżenja

Il-Media taljana matul il-ġurnata tat-Tlieta rraportat li wara l-logħba Italja – Żvezja il-President tal-FIGC Carlo Tavecchio iltaqa’ mal-kowċ Gian Piero Venura fl-istess lukanda li kienu aloġjati l-players f’Milan. Jidher li fil-laqgħa li saret tard bil-lejl Gian Piero Ventura ma offriex ir-riżenja tiegħu. Minkejja dan hu rrepeta dak li kien qal fil-konferenza stampa ta’ wara l-logħba li jiddispjaċiħ b’dak li ġara u bir-riżultat iżda mhux dispjaċut bl-impenn tal-players għaliex fi kliemu dawn taw il-massimu tagħhom.

Intant matul il-ġurnata tal-Erbgħa f’Ruma Tavecchio mistenni jlaqqa’ l-ogħla uffiċjali tal-federazjoni taljana sabiex jittieħdu ċerti deċiżjonijiet fosthom is-sitwazzjoni tal-kowċ. Sezzjoni tal-media rraportat li Ventura li kien ingaġġat f’Lulju 2016 mistenni saħansitra jitlob li jintlaħaq ftehim finanzjarju forma ta’ kumpens meta jirriżenja, hu qed jisemma li jista’ jitlob ftit iktar minn 700,000 ewro. Il-kuntratt tiegħu jiskadi f’Lulju tas-sena d-dieħla.

Il-kritika tal-media taljana u tal-poplu taljan mhiex indirizzata biss lejn il-players u lejn il-kowċ iżda anke lejn Tavecchio li jinsab taħt akkużi kbar fosthom akkużi ta’ inkompetenza.

Fi żvilupp ieħor diġa’ bdew jisemmew l-ismijiet tas-suċċessuri ta’ Gian Piero Ventura, fuq quddiem nett favorit sa issa anke mill-polls ta’ siti taljani elettroniċi fosthom il-Gazzetta dello Sport huwa Carlo Ancelotti. Ikun min ikun il-kowċ il-ġdid tat-team nazzjonali taljan se jkollu biċċa xogħol iebsa hekk kif se jipprova jgħolli l-moral mhux biss tal-players iżda ta’ nazzjon sħiħ, moral li jinsab taħt l-art jekk mhux iktar ‘l isfel.

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Goal ieħor illum għall-Player internazzjonali Malti Jean Paul Farrugia li skorja ma’ Chiasso fil-kampjoant Svizzeru fit-telfa tat-team tiegħu 4-1 kontra Aarau. Chiasso jilgħabu fit-tieni Diviżjoni tal-kampjonat fl-Iżvizzera u bħalissa jinsabu…

Futbol internazzjonali

Fil-logħob illi ntlagħab tard il-Ħamis filgħaxija, Napoli spiċċaw maħsuda f’darhom, u Atletico Madrid flimkien ma’ AEK Athens għandhom sieq ġewwa fil-fażi li jmiss. Steaua Bucharest 1  Lazio 0 Telfa għal…

Futbol internazzjonali

Crvena Zvezda 0  CSKA Moscow 0 F’logħba li ntlagħbet nhar it-Tlieta li għadda, Crvena Zvezda u CSKA Moscow ħallew kollox għat-tieni leg meta ma rnexxilhomx isibu x-xibka avversarja, u spiċċaw…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: l-Erbgħa filgħaxija żewġ partiti oħra tal-ewwel leg tar-Round tas-16. L-iktar konfront mistenni ra liċ-champions Ewropej Real Madrid jirkupraw minn goal minn taħt fis-Santiago Bernabeu biex jirbħu 3-1…

Aktar