Futbol internazzjonali
Diversi ismijiet biex jieħdu post Steve Bruce fit-tmexxija ta’ Newcastle United

L-ex manager ta’ Bournemouth Eddie Howe huwa wieħed mill-favoriti li jieħu post Steve Bruce ma’ Newcastle United. Minbarra Howe, jidher li l-ex kowċ ta’ Borussia Dortmund Lucien Favre flimkien mal-ex kowċ t’Inter Antonio Conte wkoll jinsabu biċ-ċans li jmorru f’St James’ Park.

Post Steve Bruce mal-ewwel deher inċert hekk kif it-Toons inxtraw minn konsorzju mill-Arabja Sawdija.

Kowċis oħra li qed jissemmew li jistgħu jieħdu post Bruce huma Steven Gerrard ta’ Rangers, Brendon Rodgers ta’ Liecester City u Roberto Martinez, il-kowċ tat-tim nazzjonali Belġjan.

F’dan l-istaġun Newcastle għadhom qed jistennew l-ewwel rebħa wara seba’ logħbiet u jinsabu fiż-żona relegazzjoni.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA